|
|
Tagħlim tal-Muzika |
Teaching of Music |
TAGHLIM TAL- MUZIKA FIL-KAZIN TAGHNA
L-għaqda tagħna toffri tagħlim tal-Mużika mingħjar ħlas.
Din hija opportunita sabiħa għall-uliedkom, u għal kull min jixtieq
li jitgħallem il-Mużika.
Mhux hekk biss iżda wkoll meta jaslu għall-istrument jingħtaw
wieħed ukoll.
It-tagħlim ikun kull nhar ta' Tlieta u l-Gimgħa fil-Każin
bejn l-4:30 pm u is-6:00 pm.
Għall-aktar infurmazzjoni irrikorri l-Każin
Jew ċempel 21494375 / Mob. 79702874
BIJOGRAFIJA TAS-SURMAST CHEV. VINCENT BONNICI K.T.L.
Il-Kavallier Vincent Bonnici iben Lawrence u Rose neė Bonnici, twieled nhar it-23 ta' Novembru ta' l-1960 ġewwa l-Pieta'. Ftit xhur wara, il-familja Bonnici tegħlet Wales fejn kienet tgħix, u rritornat lura lejn pajjiżna fl-1968 fejn stabilixxiet ruħha ġewwa l-Birgu, pajjiż il-missier. Fl-1970, meta kellu għaxar snin, iċ-ċkejken Vincent beda jirċievi l-ewwel lezzjonijiet tal-mużika mingħand Mro Carmelo Vella, ġewwa l-każin tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla, u tliet snin wara huwa sar bandist ma' l-istess banda fejn għadu f'dan l-impenn sal-ġurnata tal-lum. Fil-bidu huwa kien jistudja t-tejorija għand is-sinjura Rita Micallef, fejn wara għamel żmien twil jitgħallem għand Mro Carmelo Caruana.
F'Lulju ta' l-1982 huwa ngħaqad mal-Banda tal-Forzi Armati fejn fil-preżent huwa wieħed mis-solisti ta' l-istess banda. Mal-Banda tal-Forzi Armati huwa siefer seba' darbiet, darbtejn il-Ġermanja darbtejn l-Italja, Brussels, St. Petersburg ir-Russjaġ u fil-Libja ghal jum Nazzjonali Libjan. Fl-1993, huwa attenda għal master classes fl-Università ta' Malta fejn hemm iltaqa' u għamel ħbieb mal-professur David Campbell. Mro. Vincent Bonnici huwa kompożitur ta' numru sabiħ ta' marċi brijuzi fosthom il-famuż Forza Dynamos u ħafna ohrajn. Barra minn hekk huwa kkompona wkoll hafna marci Funebri mill-isbah b'dedika lil diversi nies li tant kienu viċin tiegħu. Mro Bonnici għamel ukoll diversi arranġamenti Mużikali liema arranġamenti indaqqu waqt għadd ġmielu ta' Programmi Mużikali mill-Baned Maltin u anke barra minn xtuttna. Barra li huwa surmast direttur tal-Banda San Pietru ta Birzebbugia, Mro Vincent Bonnici huwa surmast direttur tal-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura. Huwa jokkupa wkoll il-kariga ta' assistent surmast tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla, assistent surmast tal-Banda Prince of Wales tal Birgu, u għalliem mal-Banda Sant'Antnin ta' Birkirkara, u sa mill-1989 għalliem ta' l-allievi mal-Banda Anici ta' Ħal Qormi fejn ma din il-Banda kellu diversi opportunitajiet li jidderieġi il-Banda.
F'Diċembru ta' l-1995 huwa ħa l-investitura ta' Kavallier fl-Ordni tewtonika tal-vant. Huwa miżżewweġ lil Anna neė Schembri u għandhom żewġt itfal, Lorraine u Dominique.
Kunċert f'jum il-Premjazzjoni ta' l-istudenti tal-iskola Mużikali tas-soċjeta' tagħna s-Sibt 26 ta' Diċembru 2009
|
Prize Day Concert for Our Society Musical School's students 26 th December 2009 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|