Last update done on 3 rd February 2012
Int Vizitatur Nru:
 
 
 
 
 
 
 
 

 

L-Għaqda Soċo-Mużikali Anici ta' Hal Qormi A. D. 1988

b'dispjacir tħabbar il-mewt ta' Mro Frankie Galea

l-ewwel Surmast tal-Banda li serva bejn l-1987 u l-1998

u li wara nħatar Surmast Onorarju

Il-funeral sejjer isir nhar is-Sibt 4 ta' Frar 2012

Il-Quddiesa tkun fil-Knisja Parrokkjali ta' San Filep f' Ħaż-Żebbuġ

u tibda fit- 2 .30pm .

Wara Mass Band li takkumpanja l-Funeral saċ-ċimiterju tal-Parroċċa.

Il-Mass Band tkun iffurmata mill-Banda Anici ta' Ħal Qormi u

l-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta' B' Bugia li Surmast Galea kien Surmast tagħhom.

Il-Każini tal-Banda huma mħeġġa biex jieħdu sehem fil-funeral billi jiġu

bl-istandard tagħhom.

  Grazzi .

 

 

 

Ġita ta' Ġurnata għall-Sqallija b'differenza bil-Katamaran

għall-Pozzallo

Wara s-suċċess li kellna f'kull ġita li għamilna hemm

pjanata Ġita li sejra ssir l-Erbgħa 30 ta' Mejju 2012 u ser tkun għall-Ragusa

fejn inżuru is-suq li hu identiku ħafna ma' ta' Catania,

nieklu f' Agriturizmu ġewwa diga f'Santa Rosalia,

inżuru l-kumpless ġdid u kbir għax-xiri l-Iprecoop,

inżuru Ibla u Modica fejn f'dawn iż-żewġ postijiet jiddominaw il-Knisja u l-Katidral ta' San Ġorġ Martri.

Il-Vjaġġ hu bil-Katamaran u nitilqu fis-6:45a.m. għal Pozzallo

u nirritornaw lura mill-istess post fid-9:30p.m.

Programm dettaljat jinħareġ aktar tard.

 

 

 

Il-Ħbieb tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici

ser jorganiżaw Pasta & Country Night

ma' Marisa D'Amato

fil-Każin nhar is-Sibt 18 ta' Frar 2012.

Biljetti mill-Każin. Għall-aktar informazzjoni klikkja hawn

 

 

 

DVD TAL-FESTA TA' SAN ĠORĠ MARTRI F'ĦAL QORMI 2011

Dan jikkonsisti f'Ħames DVD's

tal-Programm Minn Nicca 'l Barra minn One Productions

Dan issa tistgħu takwistawh mill-Każin

Kun żgur li jkollok kopja ta' din it-tifkira sabiħa

 

 

 

Għadna kemm ġibna Mugs Ġodda

Dawn qegħdin għal bejgħ mill-każin.

Kun żgur li jkollok dawn is-souvenirs mall-kollezzjoni tiegħek

li l-Għaqda toħroġ minn żmien għall żmien. Oġġett pulit anke biex tagħtih rigal.

 

Biex tara r-ritratti tal-Prize Day Doncert 2011 iklikkja hawn

 

 

Għadna kemm ġibna Banners li jiddendlu fil-karrozza.

Dawn qegħdin għal bejgħ mill-każin.

Kun żgur li jkollok dawn is-souvenirs mall-kollezzjoni tiegħek

li l-Għaqda toħroġ minn żmien għall żmien. Oġġett pulit anke biex tagħtih rigal.

 
*************************************************************
 

 

Biex tara r-ritratti tal-Funeral ta' George Arapa iklikkja hawn

 

 

*****************************************************************************

 

Biex tara r-ritratti tal-Lejla Maltija u Car show iklikkja hawn
 

 

Biex tara r-ritratti tal-Wirja iklikkja hawn

 

 

 

Biex tara s-servizzi tal-Banda iklikkja hawn

 

 

 

Souvenirs ġodda li tista tarahom billi tiklikja hawn.

 

 
****************************************************************************************
 

 

AĦBARIJIETok malta.comRemember .com.mt

 

 
****************************************************************************************
 

L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici tifraħ lil dawn il-membri tagħha f'egħluq sninhom

għax-Xahar ta' Frar

Joseph Zammit
Marco Farrugia
Arnold Ciappara
Charlie Portelli
George Muscat
Andrew Azopardi
Richard Baldacchino
Charles Zammit
Charlene Lia
Joseph Zammit
Agnes Portelli
Anthony Bartolo
Joseph Grech
Mro. Joseph Vella
Stephanie Camilleri
Josette Borg
Massimo Cassar
Fiona Gauci
Andrea Pace
Charlie Gauci
Alfred Azzopardi
Doris Spiteri
   
 

**********************************************************

 

DJARJU TAL-GĦAQDA

MILL-1 TA' JANNAR 2011 SAD-29 TA' JANNAR2012

 

JANNAR 2012

Il-Ġimgħa 6, Raprezentanti mill-Kumitat attendew għar-riċiviment mill-Għaqda Każini tal-Banda.

It-Tnejn 9, Attendenza għal-laqgħa ta' diskussjoni fil-Parlament dwar proprjeta tal-Gvern lill-Għaqdiet volontarji.

L-Erbgħa 25, Attendenza għal-laqgħa dwar il-Karnival mill-Kunsill Lokali.

L-Erbgħa 25, Attendenza għal-Laqgħa dwar fondi mill-Gvern Malti għat-tagħlim tal-Mużika fil-Każini tal-Banda.

Is-Sibt 28, Attendenza għall-inawgurazzjoni tal-Ground il-ġdid tal-Qormi F.C.

Il-Ħadd 29, Attendenza għas-Seminar organiżatt mill-Għaqda Każini tal-Banda fejn f'dan is-Seminar il-President tal-Għaqda s-sur Kenneth J. Frendo kien ukoll Chairman ta' wieħed mill-workshops.

DIĊEMBRU 2011

Il-Ħamis 1, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Funiral ta' Mons Annetto Depasquale isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali fil-Kon-katidral ta' San Ġwann il-Belt.

Il-Ħamis 1, il-Ġimgħa 2, Is-Sibt 3, Is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri pparteċipaw fil- European Volontary Exhibition organiżata mill-Aġenzija Żgħażagħ

Is-Sibt 3, Il-Banda daqqet f'attivita b'risq Puttinu Cares fil-Lukanada Excelsior fil-Floriana

Il-Ġimgħa 9, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv u Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri attendew għall-akkademja ‘Adeste Fideles' organiżżata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Kumitat Festi Esterni li saret fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri.

Is-Sibt 10, Sar il-Prize Day Concert għall-istudenti mużikali li jitgħallmu l-Mużika fl-għaqda tagħna.

Il-Ħadd 11, Sar il-Christmas party għat-tfal fil-każin.

Is-Sibt 17, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw il-Christmas Dinner Dance fil-Plaza Hotel

Il-Ħadd 18, Ġiet inawgurata, wirja tal-Fotografija fil-każin mis-Sezzjoni Żagħżagħ.

Il-Ħadd 18, Il-Banda għamlet il-Marċ tal-Milied bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi.

NOVEMBRU 2011

Is-Sibt 19, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendiet bl-istandart tal-għaqda fil-Belt Valletta fl-okkażżjoni tal-Festa ta' Santa Ċeċilja organizzata mill-Għaqda Każini tal-Banda.

It-Tlieta 22, saret il-Parents Day tal-istudenti tal-Mużika tal-Għaqda.

Il-Ġimgħa 25, is-Sibt 26 u l-Ħadd 27, l-Għaqda ħadet sehem fil-Festa F'Monte Kristo billi tellagħt stand dwar l-Għaqda fil-wirja tal-Każini tal-Banda. Il-qliegħ f'din l-attivita' mar għad-Dar tal-Providenza.

Is-Sibt 26, L-Anici Stars Supporters organiżaw Buffet Dinner Dance f' Great Dane Restaurant.

L-Erbgħa 30, Is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri pparteċipaw fil- European Volontary Exhibition organiżata mill-Aġenzija Żgħażagħ.

OTTUBRU 2011

Is-Sibt 15, L-Anici Stars Supporters organiżżaw ikla fil-Każin

Il-Ħadd 16, Attendenza mill-Kumitat Amministrattiv u mis-Sezzjonijiet kollha fi ħdan l-Għaqda għall-Funiral ta' Charlon Borg.

Is-Sibt 29, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw Cold Buffet & Country Night fil-Każin.

SETTEMBRU 2011

Il-Ħamis 8, Il-Ħbieb tal-Għaqda organiżżaw Ġurnata Għawdex għall-Familja kollha.

Is-Sibt 17, Il-Ħbieb tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici organiżżaw ġita ta' ġurnata fi Sqallija.

AWWISSU 2011

It-Tlieta 2, Il-Ħbieb tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici organiżżaw ġita ta' ġurnata fi Sqallija.

Il-Ħadd 7, Il-Banda ħadet sehem fil-Festa ta' San Gejtanju fil-Ħamrun.

L-Erbgħa 10, Il-banda ħadet sehem fil-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu.

It-Tnejn 15, Il-Banda daqqet il-Gudja fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Marija.

Is-Sibt 20, Sar il-Funeral ta' George Arapa Bandist tal-Għaqda. Il-Korteo Funebri kien immexxi mill-Għaqda Soċjo Mużikali Anici u beda mill-Knisja Arċipretali u ntemm ħdejn il-Każin tal-Għaqda. Matul il-Korteo il-Banda Anici daqqet diversi Marċi Funebri.

Is-Sibt 20, Il-ħbieb tas-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri organiżżaw B.B.Q. Fit-Torri l-Qrendi.

Il-Ħadd 28, Rapprezentanza mis-Sezzjoni Żgħażagħ attendiet għal stedina t' inawgurazzjoni ta' wirja mtella mis-Sezzjoni Żgħażagħ Kumitat Festi Esterni San Ġorġ M.

LULJU 2011

Il-Ħadd 3, Il-Banda ħadet sehem fil-festa tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun.

Il-Ġimgħa 8, Il-Banda kkompanjat b'marċi brijużi fil-kortejo tal-Prima Messa ta' Fr. Reno Muscat O.P. mid-Dar tiegħu sal-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri.

Il-Ġimgħa 8, rapreżentanza mill-Kumitat attendew għall-Prima Messa ta Fr. Reno Muscat O.P

Il-Ħadd 10, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw ġurnata Għawdex għall-familja kollha.

Il-Ħadd 10, Il-Banda kkompanjat b'marċi brijużi fil-kortejo tal-Prima Messa ta' Fr. Rene A. Cilia mid-Dar tiegħu sal-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' San Ġorġ Martri.

Il-Ħadd 10, rapreżentanza mill-Kumitat attendew għall-Prima Messa ta Fr. Rene A. Cilia

It-Tlieta 12, Is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri attendiet għal-quddiesa organiżżata mill-Kumm. Żgħażagħ Bastjanizi fl-Okkażjoni tal-Festa ta San Sebastjan.

Il-Ħamis 14, rapreżentanza mill-Kumitat attendew għall-Programm mużikali organizzat mill-Banda Pinto f'l-okkażjoni tal-festa ta' San Sebastjan.

Il-Ġimgħa 19, rapreżentanza mill-Kumitat attendew għar-relikawa tar-ras ta' San Sebastjan

Il-Ħamis 21, Is-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri għamlu Bar B Que bħala aprezzament lill-voluntiera tagħha għall-għajnuna li taw fi-festa.

Il-Ġimgħa 29, il-Banda ħadet sehem fil-festa ta' San Duminku fil-Belt Valletta.

Il-Ħadd 31, Il-Banda daqqet fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Venera.

ĠUNJU 2011

Il-Ġimgħa 5, Rappreżentanti mill-Kumitat Amministrattiv Attendew għall-Kunċert mis-Soċjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.

Is-Sibt 11, Ġie inawgurat il-Bankun tal-Bandalora mill-E.T. Dott. George Abela president ta' Malta u mbierka mill-W.R. Kan. Anton Cassar u war sar riċiviment fil-Każin fl-okkażżjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri.

Il-Ħamis 16, Il-Banda ħadet sehem fil-Festa ta' Corpus Christi.

Il-Ġimgħa 17, Saret il-Lejla Maltija Quddiem il-Każin.

Il-Ħadd 19, Saret Wirja ta' karozzi mill-Malta Classic Ford Club quddiem il-Kazin.

It-Tlieta 21, Is-Sezzjoni ż gћażagћ Stillieri attendew gћall-Qudiesa gћaż-żagћżagћ fil-Knisja Arċipretali ta' San Ġorg Martri fl-okażjoni tal-Festa.

It-Tlieta 21, tpoġġew kuruni ta' fjuri quddiem l-istatwi ta' San Ġorġ u dik ta' San Sebastjan mill-Kummissjoni Festa.

It-Tlieta 21, Il-Banda għamlet marċ mat-toroq fl-ogażjoni tal-Festa ta' San Ġorġ Martri.

L-Erbgħa 22, Il-Banda għamlet marċ u dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Ġorġ Rebbieħ.

Il-Ġimgħa 24, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri tellgħet programm mużikali quddiem il-Każin u wara għamlet il-marċ il-kbir.

Is-Sibt 25, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri billi għamlet marċ mat-toroq.

Il-Ħadd 26, il-Banda ħadet sehem fil-festa titulari ta' San Ġorġ Martri billi għamlet il-marċ ta' filgħodu.

MEJJU 2011

It-Tlieta 3, attendenza mill-Kumitat Amministrattiv u mis-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri gћall-akkademja tal-25 anniversarju mill-kumpless il-ġdid tal-Kamra tan-nar tal-Gћaqda 23 t' April.

L-Erbgħa 4, sar marċ mill-Banda fl-okkażjoni tal-Jum Liturġiku ta San Ġorġ Martri u Jum is-Soċjeta'.

Is-Sibt 14, Rappreżentaża mill-Kumitat Amministrattiv attendiet għall-Kunċert mill-Banda St Elena ta' B'Kara.

Il-Ħadd 15, Saret is-Seduta Ġenerali Anwali.

Il-Ħamis 19, Attendenza gћall- Quddiesa Funebri fil-Knisja Marija Reġina l-Marsa ta' Domnic Debrincat membru fil-Kumitat Amministrattiv.

L-Erbgħa 25, Sar marċ mat-Toroq bil-kolloborażżjoni tal-Kunsill Lokali mill-Banda komposta mit-Tlett Baned Qriema fl-Okkazzjoni ta' Jum Ħal Qormi.

APRIL 2011

Is-Sibt 9, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal-Musical dwar il-Passjoni fl-Oratorju Sagra Familja organizzat mill-Għaqda Qawmien.

Il-Ħadd 10, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għal-Programm Riflessi mill-Banda Pinto.

Il-Ħadd 10, Dr. Joseph Muscat Kap tal-Oppożizzjoni żar il-Każin.

L-Erbgħa 13, ġiet inawgurata l-Wirja tal-Passjoni minn l-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca Arċisqof Emeritus liema wirja kienet esebita fil-każin.

Il-Ħamis 14, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv u mis-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri attendew għall-wirja mtella' mis-Sezzjoni Żgħażagħ Festi Esterni San Ġorġ Martri.

Il-Ħadd 17, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw Ġurnata Għawdex għall-Familja kollha.

It-Tnejn 18, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendewgħad-Dramm tal-Passjoni fuq iz-Zuntier tal-Knisja ta' San Sebastjan.

It-Tnejn 18, Dr. Lawrence Gonzi Prim Ministru ta' Malta żar il-Wirja tal-Pasjoni fil-każin

Il-Ħamis 21, ĠIs-Sezzjoni Żgħażagħ organizzaw privates għas-seba' Visti.

Il-Ġimgħa 22, Il-Banda ħadet sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Ħadd 24, Il-Banda ippartiċipat fil-Purċissjoni tal-Għid il-Kbir.

Il-Ġimgħa 29, attendenza gћal riċiviment mill-Partit Laburista.

Is-Sibt 30, ġiet organiżżata ikla fil-każin mill-Kumitat Amministrattiv fl-okkażjoni ta' Jum San Ġorġ Martri u t-23 Anniversarju ta' l-Għaqda.

Is-Sibt 30, ġattendenza gћall-gћoti ġieћ Ħal Qormi mill-Kunsill Lokali Qormi.

MARZU 2011

Il-Ġimgħa 4, Fil-għaxija il-banda ħadet sehem fil-Karnival f'Ħal Qormi organiżżat mill-Kunsill Lokali.

Is-Sibt 19, Il-ħbieb tal-Għaqda organiżżaw Pasta and Country Night ma' Marisa D'Amato fil-każin.

FRAR 2011

Is-Sibt 5, L-Anici Stars Supporters organiżżaw family Get together fit-Topaz Hall.

Il-Ġimgħa 18, L-Anici Band Pool Team Champians tac-Challenge Cup 2011 Alfred Stellini u Damian Agius

JANNAR 2011

Il-Ħamis 6, Raprezentanti mill-Kumitat attendew għar-riċiviment mogħti mill-Għaqda Każini tal-Banda.

Is-Sibt 22, Rapreżentanza mill-Kumitat Amministrattiv attendew għall-Quddiesa Prezente Cadavre tal-Dr. George Hyzler ex Aġent President ta' Malta u ex President Onorarju tal-Għaqda.

Is-Sibt 22, Il-Banda tellgħet Kunċert Vokali u Strumentali fl-Awditorju Sir Temi Zammit fl-Universita ta' Malta.

Il-Ħadd 30, L-Onorevoli Marlene Pullicino għamlet il-preżentazzjonijiet ta' t-trophies sponsorjati minnha stess lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet tal-Pool ġiet organiżżata fil-każin.

 

Kull Dritt Riservat © Banda Anici 2009

L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici tagħmel dak kollu possibbli sabiex tara li l-informazzjoni fuq din il-website hi preċiża, imma madanakollu ma tistax' terfa' responsabiltà għal dannu, telf jew ħsara, hu ta' liema natura hu, li jista' jkun kaġunat mill-użu tal-informazzjoni preżenti w aċċessibbli mill-istess website.

Barra minn hekk, l-Għaqda m' għandha l-ebda kontroll fuq il-kwalità tal-links esterni. 

Sadanittant, jekk issib xi ħaġa fuq din il-website li tħassbek, jekk jogħġbok ikkuntatjana .