TAL-ISTILLA
Banda
Band

 

BIOGRAFIJA TAS-SURMAST DIRETTUR

JOSEPH VELLA A.Mus. L.C.M., A. Mus. L.S.M, L.Mus. L.C.M., F.V.C.M.

Is-Surmast Joseph Vella twieled Birkirkara fil-15 ta' Frar 1955. L-inklinazzjoni lejn l-arti mużikali bdiet minn meta kien għadu tifel, u missieru Ċensu li kien bandist mal-banda Sant'Elena ta' Birkirkara, kompla jinkuraġġieh sabiex jitgħallem strument mużikali, hu għażel Clarinet. Ta' 11-il sena, s-Surmast Vella beda l-istudju mużikali tiegħu, għand is-Surmast Joseph Zammit fejn fl-1969 ħareġ idoqq mal-Banda Sant'Elena ta' Birkirkara.

Is-Surmast Vella kompla l-istudju tiegħu fl-armonija, l-kontrapunt u l-istorja għand Mro. Lawrence Borg. F.L.C.M.

F' Ġunju ta' l-1992 kiseb id-Diploma A.Mus L.C.M. L-istudju tiegħu ma waqafx hemm għaliex ħames snin wara f'Novembru tas-sena 1997, kiseb Diploma oħra dik ta' L.Mus. L.S.M. kif ukoll id-Diploma F.V.C.M. li kisibha f'Mejju tas-sena 2001 fejn ġie ppreparat mis-Surmast Manuel Pirotta. F'din l-istess sena ngħata ‘ Certificate for Qualified Teacher ' mill-Victoria Collage of Music ta' l-Ingilterra. Is-Surmast Joseph Vella għadu jistudja sa llum fejn fiż- żmien li ġej u mistenni li jġib aktar Diplomi.

Is-Sibt l-1 t' Ottubru 2005 l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ħatret lis-Surmast Joseph Vella bħala s-Surmast Direttur ġdid tal-Banda.

Is-Surmast Joseph Vella kif ġa semmejna huwa rinomat ħafna fil-qasam mużikali, dan jixhed ukoll d-diversi baned li huwa s-Surmast Direttur tagħhom li huma Sant'Elena ta' Birkirkara, La Vittoria tal-Mellieħa, il-banda Lourdes ta' San Ġwann u l-Banda San Gabrijel ta' Ħal Balzan.

Dan jixhed il-kapaċita' u l-popolarita' li għandu f'pajjiżna. L-ewwel kompożizzjoni li kiteb lill-għaqda Soċjo-Mużikali Anici bħala Surmast Direttur kien marċ brijjuż bl-isem 'Is-surmast il-ġdid' dan il marċ ġie inkluż f'sett ta' marċi brijjużi li ġie rrekordjat l-Erbgħa 25 ta' Jannar 2006, li s-surmast Vella iddebutta fih bħala Surmast Direttur tal-banda Anici. L-ewwel direzzjoni tas-Surmast Vella mal-banda Anici kien proppju waqt Prize day li saret il-Ħadd 4 ta' Diċembru 2005.

L-ewwel dehra bħala Surmast Direttur mal-banda waqt marċ fit-toroq ta' Ħal Qormi kien proppju il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2005 waqt il-marċ fl-okkazzjoni tal-Milied. Is-Surmast Joseph Vella għandu diversi xogħolijiet Mużikali f'din l-Għaqda bħal ma huma marċi brijjużi u funebri kif ukoll mużika klassika li saħansitra kitibhom apposta għall-din il-Banda. Fil-fatt fl-20 Anniversarju mill-ftuħ uffiċċjali tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici fl-2008 kiteb ‘ Overture ' li ġġib l-isem ta' dan l-Anniversarju xog ħol mużikali mill-isbaħ.

Is-Surmast Joseph Vella huwa miżżewweġ lil Carol nee' Ellul u għandu żewġ ulied Etienne u Josephine.

*********************************************************************

MUŻIĊISTA ĠDID MAL-BANDA ANICI TA' ĦAL QORMI

 

Mużiċista ġdid ser jagħmel d-debutt tiegħu mal-Banda Anici ta' Ħal Qormi nhar il-Ġimgħa l-Kbira 6 t'April 2012, meta l-Banda tkun qiegħda tieħu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ fil-5:30p.m. mill-Knisja Arċipretali w Matriċi ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi. Il-Banda Anici tieħu sehem ukoll fil-purċissjon ta' Kristu Rxoxt li toħroġ mill-istess Parroċċa nhar l-Għid il-Kbir fid-9:00a.m.

Fir-ritratt jidhru il-mużiċista ġdid, Clive Arapa, (Althorn) u Mro. Chev. Vincent Bonnici Għalliem ta' l-istudenti tal-Mużika.

***********************************************************************
Il-Funeral ta' Mro. Frankie Galea s-Sibt 4 ta' Frar 2012.
The Funeral of Mro. Frankie Galea on Saturday 4 th February 2012 .
   
   
   
   
Kunċert mill-Banda fl-Universita ta' Malta s-Sibt 22 ta' Jannar 2011
Band Concert in The University of Maslta on Saturday 22nd January 2011
 
 
   
   
 
   

 
 
 
 

Dawn ir-ritratti huma biss l-aħħar attivitajiet importanti li kellha l-Banda. Fl-istorja tagħha l-Banda Anici kellha ferm aktar impennji oħra bħal ma wieħed faċilment jista' jara fil-paġni varji ta' din il-website. Biżżejjed ngħidu li fl-ewwel 21 sena tagħha daret aktar minn nofs l-ibliet u rħula Maltin, kif ukoll fil-Belt Victorja f'Għawdex. Kif wieħed jara fl-istorja ta din l-Għaqda jinduna kif tassew intlaqgħet mhux biss mill-Popplu Qormi, iżda wkoll mill bqijja tal-popplu Malti. Xhieda ta' dan hija li kif bilkemm fetħet il-bieb kien diġa kellha Ħames stediniet biex iddoqq fil-Kapitali Maltija u żewġ servizzi oħra f'żewġ Festi barra l-Belt Pinto. Il-fatt li wkoll kienet l-ewwel Banda fil-Parroċċa li daqqet barra xtut Maltin u l-unika Banda f'Ħal Qormi li qatt daqqet fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, bilfors ikollok turi simpatija f'din il-Banda għaliex dan għamlitu biss fl-ewwel tmien snin mit-twaqqif tagħha. Kull Qormi għandu jkun kburi b'din il-Banda l-għaliex ukoll fetħet orriżżoni ġodda anke fil-Festa ta' San Ġorġ Martri li fijha tieħu sehem attiv. Mhux hekk biss, anke fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira illum insibu ħajja ġdida bis-sehem tagħha u għallura wkoll fil-Purċissjoni ta' Kristu Rrxoxt. Din il-Banda twieldet biex tgħix u tkompli tgħix b'l-enerġija tagħha u bis-Support li jqisu l-Banda l-ewwel u qabel kollox. Inħajrek tidħol u taqra l-istorja li sawret lil din l-Għaqda u għamlitha waħda mill-Għaqdiet stabbiliti.

 
********************************************************************************************

Beografija ta' Mro. Andrew Calleja

Surmast Direttur bejn 1998-2005

Is-Surmast Andrew Calleja beda l-karriera Mużikali tiegħu mal-Banda Sant' Andrija ta' Ħal Luqa. Hemm beda l-ewwel lezzjonijiet tal-Mużika għand is-Surmast Paul Schembri, fejn fl-eta' ta' 15 -il sena għamel l-ewwel debutt ma' din l-istess Banda bit-Trumbun.

Is-Surmast Andrew Calleja kompla l-karriera Mużikali meta fl-1982 ingħaqad mal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta. Hu ta s-servizz tiegħu ukoll ma' l-Orkestra Nazzjonali u l-Big Bands, fejn magħhom daqq diversi xogħlijiet mużikali.

Wara diversi snin ta' studju fit-teorija u l-armonija għand is-Surmastrijiet Ronnie Debattista, Manoel Pirotta u Ray Sciberras, is-Surmast Andrew Calleja kiseb diversi diplomi w għadda b'suċċess l-eżami tal-Fellowship.

Is-Surmast Andrew Calleja ġie appuntat bħala Assistant Surmast tal-Banda Anici fl-1988 u eżattament għaxar snin wara, fl-1998 ġie maħtur bħala Surmast Direttur ma' l-istess Banda, pero' kien ġa Surmast Direttur mall-Banda Madonna tal-Ġilju ta' l-Imqabba.

Tul dawn is-snin mal-Banda Anici, s-Surmast Andrew Calleja għallem diversi studenti fis-sezzjoni tar-Ram u teorija, kiteb diversi marċi Brijużi, Funebri u kompożizzjonijiet oħra li jinkludu siltiet klassiċi li jvarjaw u li wkoll insibuhom fl-Arkivu Mużikali ta' din il-Banda u dderieġa diversi Kunċerti kemm fit-Teatru ta' l-Istitut Kottoliku l-Furjana, Sir Temmi Zammit fl-Universita ta' Malta w anke fit-Teatru tar-Residenza ta' San Vinċens de Paul.

Fl-1996 kien siefer mal-Banda Anici fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Il-Karriera tiegħu bħala Surmast Direttur tal-Banda Anici ġiet fit-tmiema fl-2005.

 

 
********************************************************************************************

Beografija tas-Surmast Onorarju Mro. Frank Galea Dip.Ed.(Admt.Mang.) F.L.C.M., K.T.L., C.K. Temp.

Surmast Direttur bejn 1987-1998

Is-Surmast Frank Galea twieled f'Ħaż Żebbuġ, Malta nhar it-23 ta' Lulju 1945. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet Franġiskani u fl-iskola Primarja ta' Ħaż Żebbuġ, fis-Seminarju Minuri, fil-Kulleġġ tal-Għalliema u fl-Universitá ta' Malta li minn hemm ħa d-Didt.Ed.(Adm. & Mang.). Beda l-istudju mużikali fil-pjanu u t-teorija mas-Sinjorina M.L. Bonnici. Imbagħad kellu għalliema llustri oħrajn fosthom Carlo Fianingo, Giorlando Valente fil-vjolin, Bice Ciappara, Antoinette Miggiani u Professoressa B. Bobreva fil-vuċi kif ukoll Carmelo Pace fl-armonija u l-kompożizzjoni.

Is-Surmast Galea kiteb divesri xogħlijiet mużikali ‘Da Camera', ‘Erba' Quddisiet', numru ta' Motetti u Madrigali, Cantati a Cappella, kantati bl-akkumpanjament, Te Deum per cinque voci u l-Oratorio ‘Simon Bolivar'. Barra minhekk kiteb ukoll ‘Aria da Salotte', operetta għat-tfal, għanjiet għat-tfal, xogħlijiet orkestrali u għall-banda kif ukoll għal strumenti solisti. Għandu 'l fuq minn sittin marċ brijuż, marċi funebri u valzi. Fl-1972 rebaħ it-tielet premju fil-kompetizzjoni ta' P.R.S. għall-kompożituri tal-mużika klassika. Fl-1982 ħa l-ewwel premju bil-‘Piccolo Concerto per Clarinetto ed archi'.

Is-Surmast Galea kien Surmast Direttur tal-Banda De Rohan ta' Ħaż Żebbuġ, tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta' B'Bugia u f l- 1987 ħ a wkoll it-tmexxija tal-Banda Anici w għal hekk kien l-ewwel Surmast Direttur tagħha. Dam jokkopa din il-Kariga mall-Banda Anici sal-1998 fejn wara nħatar Surmast Onorarju.

Għall-Banda Anici s-Surmast Galea kiteb il-mużika tal-Innu tal-Banda (versi Chev. C. Bianchi), l-Innu l-Kbir (Apoteożi ta' San Ġorġ M.M.) versi ta'Dr. C. Mallia, kiteb ukoll diversi xogħlijiet Mużikali oħra fosthom il-Poema Sinfonico, L-Ewwel Deċennju li kienet iżżanżnet waqt Kunċert Bandistiku fl-Universita ta' Malta meta l-Banda Anici għamlet Kunċert is-Sibt 25 t'April 1998 marbut ma' l-ewwel 10 Anniversarju tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici. Lill-Banda kitbilha wkoll innijiet Reliġjużi, Għajiet tal-Milied, tal-Karnival u fuq kollox set ta' Valzi mill-isbaħ li huma propjeta tal-Għaqda u żżanżnu fl-Għid il-kbir fit-3 t' April 1994, u bosta xogħlijiet Mużikali oħra.

Is-Surmast Galea huwa miżżewweġ lil Josephine nèe Camilleri mill-Kalkara w għandu żewġt itfal, Andrè u Renzo.