STORJA TA-L-GHAQDA MUZIKALI ANICI QORMI

mill-Kav.Carmel Bianchi
1987 - 2008

 Kienet ilha tidwi x-xewqa fi qlub ta' bosta Qormin, biex hdejn il-Vitorja, jinfetah kazin tal-banda. U fl-ahhar din ix-xewqa saret realta'. Kien f'Settembru 1987 li intlahaq ftehim bejn il-Professur Antoine Agius u s-Sinjuri John Mary Spiteri, Carmelo Spiteri u Salvu Debono mal-Kumitat tal-Qormi Rockers Football Club. Ta' min jghid, li l-kumitat tal-Qormi Rockers kien jezisti. Biss il-kazin ma kienx jiffunzjona u ghal xi zmien kien maghluq ukoll. Dawn imbaghad u xi persuni ohra voluntiera, iltaqghu flimkien biex seta' jigi ffurmat kumitat provizorju. U bl-approvazzjoni ta' l-istess membri tal-Qormi Rockers F.C., dan il-kumitat gie mahtur. Bla telf ta' zmien, beda jahdem biex jibdel dan il-kazin minn Qormi Rockers F.C. ghall-Ghaqda Socio-Muzikali Anici. Kien hemm min haseb li f'Hal-Qormi ma hemmx il-htiega ta' kazin iehor tal-Banda. L-ghaliex hasbu li b'kazin iehor, il-festa ta' San Gorg ma tibqax hekk kbira u popolari. Ohrajn hasbu, li b'banda ohra, r-rahal jinqasam. Izda llum, il-Qormin jafu li minn dak l-ghidut kollu, ma gara xejn. Il-Banda twaqqfet u hadet l-isem ta' ANICI. Dan biex juri bic-car, li din zgur se tibqa' marbuta u mghannqa mal-Qaddis wisq mahbub taghna San Gorg. Din is-Socjeta' Anici, twaqqfet b'imhabba kbira lejn San Gorg u biex tkompli tkabbar il-festa ta' din il-Belt Pinto, li ssir ad unur il-Qaddis Patrun taghna u f'dak kollu li hu tal-Parrocca.

Sakemm id-dirigenti kienu qegħdin jirsistu biex l-isem tal-każin jinbidel minn Qormi Rockers F.C., għall-Anici Band And Social Club, il-banda bdiet taħdem u tirsisti biex issemma' leħenha u tagħti isimha. Malajr xogħol din il-ħidma, ma damx ma ta l-frott tiegħu. F' Diċembru 1987 ġiet stedina mill-Kumitat Festi Nazzjonali biex il-Banda Anici tieħu sehem fil-festa ta' Jum ir-Repubblika. Din l-istedina ntlaqgħet bil-ferħ. U hekk il-Banda Anici, għamlet l-ewwel dehra tagħħa, fil-festa ta' Jum ir-Repubblika li kien nhar il-Hadd 13 ta' Diċembru 1987. F'din l-istess okkażjoni ġiet mistiedna wkoll il-Banda Nazzjonali La Vallette, biex flimkien sar marċ minn ħdejn il-Palazz sa Bieb il-Belt. Din l-istedina, id-dirigenti tal-Banda Anici aktar laqgħuha bil-qalb. Dan għaliex kienu se jibdew bit-tajjeb, billi kienu se jieħdu sehem ma' banda stabbilita. U allura dak inhar kien ta' unur kbir għal din il-Banda li tieħu sehem magħha.

Dan sar bil-ħidma ħabrieka taż-żewġ deputati tal-Banda. Is-Sinjuri Joseph Spiteri u Victor Ciangura flimkien mas-Sur John Mary Spiteri. Huwa ta' sodisfazzjon li ngħidilkom, li bejn regalati u mixtrija mill-fondi tal-każin, is-Soċjeta' Anici fl-ewwel ftit xhur mit-twelid tagħha, kellha xejn inqas minn tnejn u tletin strument mużikali. Dawn qegħdin f'idejn l-allievi. Dawn jinkludu l-ewwel tliet strumenti regalati li huma l-katuba, piatti u tambur.

Il-Banda fil-Karnival

 Sadanittant reġġħet daħlet stedina oħra mill-Kumitat Festi Nazzjonali, biex il-Banda Anici tieħu sehem fil-festa tal-Karnival, li kienet saret fi Frar 1988. Il-Banda aċċettat din l-istedina u bil-ħidma tas-Sur John Mary Spiteri li hu d-Direttur Generali u bl-għajnuna tas-Sur Alfred Mangion sar il-kostum u l-karru li mmarċja wara l-Banda. Minn hawn, malajr wieħed jinduna x' ħeġġa kbira hawn f'din is-Soċjeta' u li għadha qawwija sa llum. F' dan il-Karnival ta' l-1988 il-Banda kienet daqqet erba' darbiet. Il-granet kienu l-Gimgħa 12 ta' Frar, is-Sibt 13 ta' Frar, il-Hadd 14 ta' Frar u t-Tlieta 16 ta' Frar. Il-Banda Anici kisbet it-Tielet Premju fit-tliet kategoriji li huma: il-Banda, il-Karru u Allegrija li din saret miż-żgħażagħ ta' l-istess Soċjeta'.

Il-Ftuħ Uffiċjali tal-Każin Banda Anici

 Fl-aħħar il-jum wisq mistenni wasal! Kien is-Sibt 23 ta' April,1988, Jum il-Festa Liturgika ta' San Gorg Martri, meta l-qlub ferħana tal-Qriema Gorgjani ħargu mat-toroq ta' Ħal-Qormi. Dawn iltaqgħu ħdejn il-Vitorja, biex jaraw it-twelid u l-ftuħ ta' dan il-każin gdid. Dan il-każin, kif diġa' għidtilkom, ġie mgħammed bl-isem ta' ANICI. Intagħżel dan l-isem, biex id-dirigenti tas-Soċjeta', juru biċ-ċar, kemm din is-Soċjeta' u San Gorg Martri huma rabta waħda ta' mħabba li ma tinħall qatt. Il-ferħ tal-poplu Qormi kompla jikber hekk kif sar il-ftuħ mill-Agent President tar-Repubblika ta' Malta, l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Pawlu Xuereb. Konna onorati bil-preżenza tas-Sinjura Xuereb mart l-Agent President. It-tberik tal-każin kien sar mill-Wisq Maħbub Arċipriet tal-Parroċċa ta' San Gorg Martri, il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D. Għal din iċ-ċerimonja, kien preżenti wkoll il-Kappillan tal-Parroċċa ta' San Bastjan, il-Wisq Rev. Dun Vinċenz Deguara, il-Viċi tal-Parroċċa ta' San Gorg Martri, il-Wisq Rev. Dun Lawrenz Żammit u xi saċerdoti tal-Parroċċa.

 Għal din l-okkażjoni wkoll, kienu mistiedna l-Ministri, s-Segretarji Parlamentari u d-deputati tas-sitt distrett miż-żewġ naħat tal-Kamra. Kienu mistiedna wkoll iż-żewġ baned l-oħra ta' Ħal-Qormi, dik ta' "San Gorg Martri" u l- "Banda Pinto". Din ta' l-aħħar kienet rappreżentata mill-President is-Sur Sebastian Debono u s-sur Vincent Peresso s-Segretarju. Dawn offrew f'isem is-Soċjeta' Pinto, rigal ta' tifkira.

 Flimkien mal-Poplu Qormi, kienu mistiedna wkoll l-Għaqdiet kollha tal-Belt Pinto u Soċjetajiet Mużikali. Kien jum tassew memorabbli u l-Poplu Qormi ta' rieda tajba, naqax din id-data f'qalbu, b'ittri tad-deheb.

Qabel il-ftuħ u t-tberik, is-Soċjeta' Filarmonika Anici, magħrufin ta' L-ISTILLA, ħarget tagħmel l-ewwel dehra tagħha fit-toroq tal-Belt Pinto. Din paxxiet lil dawk preżenti bil-marċi sbieħ ferrieħa li daqqet.

Kienet saret ukoll gimgħa ta' attivitajiet. Dawn kienu kompetizzjoni tal-'Billiard' u Kompetizzjoni tad-'darts'. Il-finalisti rebbieħa, kienu ngħataw il-premju mill-Prof. Antoine Agius, li f'din l-istess lejla ta' premjazzjoni, l-President Prof. Antoine, irregala l-Qormi Football Club, sett flokkijiet u oġġetti oħra, b'konnessjoni mal-football. Dawn imbagħad offrew rigal lis-Soċjeta' Anici.

 Kien sar ukoll Disco għaż-żgħażagħ fil-Każin. Kienet saret laqgħa għas-Soċi fil-każin mid-Direttur Spiritwali tas-Soċjeta', l-Arċipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D. Saret ukoll logħba futbol fil ground ta' Ħal-Qormi, bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani ta'l-Ex Qormi Rockers.

Festa San Gorg Martri 1988

Il-Banda mbagħad reġgħet tat is-sehem tagħha, billi daqqet fl-aħħar Tridu tal-festa ta' San Gorg Martri, li kien nhar il-Gimgħa 24 ta' Gunju, 1988, u nhar il-festa tal-Qaddis Patrun, il-Hadd filgħodu, 26 ta' Gunju, 1988, fejn għamlet marċi brijjużi. Ta' min jgħid ukoll, li ftit ġimgħat mit-twaqqif ta' din is-soċjeta', xorta waħda ġie stampat ktieb b'sitta u tletin paġna. Is-Soċjeta' għamlitu, biex is-Soċi u l-Ammiraturi tagħha, turihom x'ħejjitilhom għall-ġranet tal-festa, ħalli tferrħilhom qalbhom. Kien sar Bord Editorjali li kien kompost mill-Professur Antoine Agius, President tas-Soċjeta', is-Sur John Mary Spiteri, Direttur Generali u jien, Carmel Bianchi. Lili ħatruni bħala editur, kariga li għadni nokkupa sa llum. Hija biċċa xogħol li nħares lejha b'serjeta kbira. U minkejja l-impenji kbar li għandi, lest nagħmel kull sagrifiċċju. La nara l-fiduċja tagħhom fija, jiena lest li nagħmel dan is-sagrifiċċju, biex ta' kull sena, nwassal dan il-leħen tas-Soċjeta', lis-soċi u l-Ammiraturi tagħha.

 L-Innu tal-Banda

Meta l-fundaturi ħasbu biex iwaqqfu s-Soċjeta', ħasbu wkoll biex ikollha innu għaliha. Għaliex huma ħassew li din il-Banda m'għandu jkollha xejn inqas minn soċjetajiet oħra. U fraħt mhux ftit meta ġew għandi d-dar u wrew il-fiduċja tagħhom fija u talbuni nikteb l-Innu tal-Banda. Jien aċċettajt. Tkellimt mas-Surmast Frank Galea F.L.C.M. li llum hu s-Surmast Direttur u qalli biex nikteb erba' strofi.

Kien l-Erbgħa 7 ta' Ottubru 1987, nhar il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju, ktibt l-innu u ltqajna, Qrajtulhom, u dlonk qaluli, "Prosit, Karm. . . .Sabiħ ħafna u tmissux minn kif inhu."

 U llum, jien ferħan u kburi li dawn il-versi li ħargu minn qalbi, qegħdin ifaħhru lil San Gorġ Martri u lil din is- Soċjeta' Anici. Dan l-innu tal-Banda, indaqq għall-ewwel darba, nhar is-Sibt 23 ta' April 1988, nhar il-festa ta' San Gorġ Martri u fil-ftuħ uffiċjali tal-Każin. Jien stampajt dan l-innu fuq diploma u poġġejtu ġo kwadru. Dan imbagħad, jien ippreżentajtu lill-President tas-Soċjeta' l-Prof. Antoine Agius, waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-każin, biex jiġi mdendel fis-sala tas-soċjeta'.

L-Ewwel Kumitat
Kien il-Hadd, 22 ta' Mejju 1988 li saret l-ewwel seduta ġenerali li fiha ġie approvat l-istatut tas-Soċjeta', u ġew approvati l-karigi fl-amministrazzjoni tas-soċjeta'. Dawn kienu: Prof. Antoine Agius LL.D., Ph. D. (C.P.U. California) Kt. A.S.G.M. (President), is-Sur Vinċent Mifsud (Viċi President), is-Sur Carmelo Spiteri (Segretarju), is-Sur Pawl Apap (Viċi Segretarju), Is-Sur George Portelli (Kaxxier), is-Sur Charles Micallef (Viċi Kaxxier), is-Sur John Mary Spiteri (Direttur Generali), is-Sur Charles Zammit (Viċi Direttur Generali), is-Sinjuri Salvu Debono u Carmelo Mallia (Membri), is-Sinjuri Joe Spiteri u Victor Ciangura (Deputati tal-Banda) il-Wisq Rev.Arċipriet, Kan. Dun Karm Aquilina Liċ. D.,(Direttur Spiritwali), Mro Frank Galea, F.L.C.M. (Surmast Direttur), is-Sur Kenneth Frendo (Assistent Surmast) u Kav. Paul Saliba P.L. (Legal Advisor).

 L-Ewwel Bandisti

Mal-ftuħ tal-Każin Banda Anici, ingħaqdu minnufiħ l-ewwel seba' bandisti, li flimkien mas-Sur Carmelo Spiteri li kien l-ewwel bandist, iffurmaw il-banda.

 Dawn xieraq li nsemmi isimhom: Dawn kienu is-Sinjuri Joe u George Spiteri, Charles Calleja, Alfred Mallia, George Agius, Victor Ciangura u Raymond Debono.

Aktar tard, komplew jingħaqdu s-Sur Angelo Caruana u Emanuel Beżżina. Sadanittant, l-għalliema ta' l-allievi, bil-ħila u l-kapaċita' tagħhom, irnexxielhom joħorgu l-ewwel ħdax -il bandist, imgħallma fil-Każin Banda Anici.

Tajjeb li ngħidu, li wieħed minn dawn, is-Sur Godwin Pace, kien ġa mħarreġ sewwa u anke kien daqq mal-Banda fil-Libja.

 L-Ewwel Fażi għall-Bini ta' Każin Gdid

Sadanittant, il-Kumitat kien diġa' qed iħoss il-ħtiega li jibdel il-każin, minn wieħed qadim u mhux addattat għal skop mużikali għal-wieħed ġdid u b'aktar kumdita' possibli. Kulħadd qabel ma' din l-idea għaliex kulħadd kien qed iħoss, li s-Soċjeta', aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se tikber. Għalhekk kien jenħtieg li jkun hemm bini xieraq.

L-ewwel ġebel qadim li beda jinħatt, kien proprju minn tliet persuni. Dawn kienu s-Sinjuri Alfred Borg, Frans Saliba u John Mary Spiteri flimkien ma' John Borg. Dawn bdew iħottu u jibnu skond il-pjanta li kien diġa' ħejja l-Kumitat. Iż-żgħażagħ li kienu jiffrekwentaw il-każin, kif raw il-bidu ta' dan ix-xogħol, erħewlha jagħtu daqqa t'id, kemm fil-ħatt u l-ġarr tal-materjal ħażin.

 L-iskop tal-kumitat kien li, biex ma jagħlaqx il-każin, minħabba l-bini, iddeċieda li l-ewwel jibni l-parti ta' ġewwa tas-sular ta' isfel. Imbagħad wara li jkun hemm il-meżżi, jinbena fuq barra u t-tieni sular. B'hekk is-soċi setgħu jibqgħu jiffrekwentaw il-każin regolarment. Dan il-bini tlesta u wara, l-kumitat beda jlesti u jħejji ruħu ħalli jiġbor il-fondi, biex meta jkun il-waqt, titkompla t-tieni fażi.

Il-Banda fil-Festi

Wara ftit xhur biss mit-twaqqif tas-Soċjeta' kellha żewġ stediniet oħra biex iddoqq fil-festi. Dawn kienu nhar l-Erbgħa 10 ta' Awwissu, 1988. Fl-okkażjoni tal-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu. L-oħra kienet dik ta' nhar il-Hamis 25 ta' Awwissu, 1988. Din kienet fl-okkażjoni tal-festa ta' Marija Reġina, fil-Parroċċa tal-Marsa.

 Il-Banda Ddoqq Barra x-Xtut Maltin

Għal ftit, il-Kumitat tas-Soċjeta' ħaseb li se jerfa' l-istrumenti biex jistrieħu. Imma mhux hekk kien! Għaliex is-Soċjeta' Anici kellha stedina mill-Ambaxxata Libjana biex tmur iddoqq il-Libja, flimkien mal-Banda Pinto, biex jieħdu sehem fil-festi tal-Jum Nazzjonali ta' dak il-pajjiż. Il-Banda telqet nhar l-Erbgħa 31 ta' Awissu, 1988 filgħodu u waslet hemm għall-ħabta ta' nofsinhar. Dakinhar stess, is-Soċjeta' daqqet il-marċi tagħha mat-toroq ta' Tripli. Nhar l-1 ta' Settembru 1988 li hu l-Jum Nazzjonali tal-Libja, iż-żewġ Baned Qormin, daqqew mat-toroq ta' Tripli u Misurata. Il-qofol tal-marċ intlaħaq fil-Pjazza l-Hadra. F'din il-Pjazza hemm xbieha ta' San Gorg Martri , skolpita ma' wieħed mis-swar tagħha. Il-Banda damet ħamest ijiem.

 B'dan is-servizz, il-Banda Anici, kienet l-ewwel banda fil-Parroċċa ta' San Gorġ Martri , li daqqet barra mix-xtut tal-Gżejjer Maltin. U dawn l-attivitajiet kollha saru f'anqas minn sena.

Il-Marċ "Demm Gorgjan"

Bla dubju ta' xejn, wieħed mill-isbaħ marċi li hemm fl-arkivju tas-Soċjeta', hu l-Marċ "Demm Gorgjan". Dan huwa xogħol il-kompożitur Għawdxi s-Sur Sunny Galea.

Dan ġie rregalat lis-Soċjeta' Anici mis-Sur John Mary Spiteri, wieħed mill-fundaturi u d-Direttur Generali tas-Soċjeta', wara li s-Sibt 30 ta' Awissu 1986, il-kompożitur kien irregalah lilu. Is-Sur John Mary Spiteri kien irregala dan il-marċ lis-Soċjeta' mal-ftuħ tagħha.

 Wara li fl-1989 ġejt inkarigat mill-kumitat biex nikkomponi l-versi għal dan il-marċ, dan tkanta mal-Banda għall-ewwel darba nhar it-23 ta' April 1989. Il-Kumitat haseb, li bhal innu kantata, l-Innu tal-Banda u l-Valzi ta' l-Għid il-Kbir, għamel kitba biex dan il-marċ ukoll jindaqq biss mill-Banda Anici. Tajjeb li ngħid ukoll, li dan il-marċ, flimkien ma' l-innu tal-Banda u l-kantata l-'Apotesi ta' San Gorg Martri' huma mdahhlin fl-istatut tas-soċjeta' bhala kompożizzjonijiet uffiċjali tagħha.

Is-Sehem tal-Banda fil-Ġimgħa l-Kbira

Ix-xogħol fuq il-Banda tkompla. Il-Banda Anici kompliet tieħu sehem aktar fil-Parroċċa, kif ukoll tiġi mistiedna barra mir-rahal. Haga li l-Poplu Qormi għandu għal qalbu, bla dubju ta' xejn hija l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Id-dirigenti hasbu biex għamlu diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet tal-Knisja, biex jinhareg digriet, li permezz tiegħu, l-Banda Anici bhala banda tal-Parroċċa, jkollha d-dritt hija wkoll li tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Gimgħa l-kbira.

 Fil-fatt dan sehh nhar il-Gimgħa l-Kbira ta' l-24 ta' Marzu 1989. Il-Banda daqqet għall-ewwel darba quddiem il-vara artistika ta' Gesu' fl-Ort. Il-Banda kellha dehra mill-aqwa. Din għaxxqet lil kull min kien preżenti.

Tajjeb ngħid ukoll, li l-Assistent Surmast Kenneth Frendo, minhabba ċirkustanzi li ma kellux kontroll fuqhom, kellu jhalli l-kariga. Din ġiet okkupata mis-Surmast Andrew Calleja li wkoll ha l-inkarigu bhala għalliem ta' l-allievi ta' l-istrumenti tar-ram.

 Għall-bidu kien hemm is-Sur George Agius, sabiex igħallem lill-allievi, f'dawk li huma strumenti tal-qasba. Iżda dan kellu jhalli l-kariga. Minflok, għal din l-istess responsabilita' ġie mahtur is-Surmast Vincent Bonniċi.

Sadanittant, il-Kumitat baqa' jagħti mportanza lill-Banda. F'Gunju ta' l-istess sena, jiġifieri ta' l-1989, il-Banda fil-festa titulari daqqet erba' darbiet. Dawn kienu fid-dati ta' bejn l-20 u l-25 ta' Gunju 1989.

Kungress Nazzjonali

 Jum memorabbli ieħor fl-istorja tas-Soċjeta' kien meta l-Banda Anici rrapreżentat lil Ħal-Qormi. Dan kien fis-56 Kungress Nazzjonali tax-Xirka ta' l-Isem Imqaddes ta' Alla. Dan kien sar f'Ħal Qormi nhar l-13 ta' Mejju, 1989. F'dan il-jum, il-Knisja Mqaddsa kienet qed tiffesteġġa l-festa ta' Jum il-Pentekoste.

L-Ewwel Funeral Organiżżat mis-Soċjeta'

 Kien proprju nhar it-Tlieta 30 ta' April, 1991 meta griet l-aħbar tal-mewt tas-Sur Carmelo Spiteri. B'hekk is-Soċjeta' tilfet l-ewwel Bandist, l-ewwel Segretarju u wieħed mill-Fundaturi. Is-Soċjeta' għamlet luttu kbir, sakemm nhar is-Sibt 4 ta' Mejju 1991, organiżżat korteo minn quddiem il-Każin sal-Knisja Arċipretali ta' San Gorg Martri f'Hal-Qormi.

 Fil-korteo funebri, ħadet sehem il-Banda u ħadu sehem ukoll rappreżentanti mill-fergħat kollha tas-Soċjeta'. Iż-żewġ baned tal-Belt Pinto ukoll kienu preżenti. Kienu preżenti wkoll numru kbir ta' għaqdiet mużikali, f' Malta u Għawdex. Ħadu sehem ukoll l-għaqdiet oħra tal-Parroċċa.

 Grupp mill-Forzi Armati li tagħhom kien membru, imxew ukoll fil-korteo. Wara l-quddiesa l-Banda Anici kompliet il-korteo saċ-Ċimiterju tal-Parroċċa ta' Ħal-Qormi.

Nhar l-Erbgħa 27 ta' Marzu 2002 il-Banda Anici akkumpanjat il-Korteo funebri tat-tieni Fundatur li miet hesrem il-Hadd 24 ta' Marzu 2002 is-sur Salvu Debono. Il-Banda akkumpanjat mill-Knisja saċ-Cimiterju tal-Parroċċa. Għall-Korteo attendew ukoll rapreżentanti mill-għaqdiet mużikali ta' Ħal-Qormi u għaqdiet oħra.

Sehem il-Banda fit-Tberik tas-Sandli tad-deheb lill-istatwa ta' San Gorg Martri.
Nhar is-Sibt 22 ta' Gunju 1991 il-Banda Anici ħadet sehem fl-anawgurazzjoni tas-Sandli tad-deheb lill-Vara ta' San Gorg Martri billi għamlet marċ mat-toroq li spiċċa quddiem il-Knisja Parrokkjali. Dan is-Sandli sar bl-inizzjattiva tal-Kumitat Festi Esterni fl-okkazzjoni tal-250 sena mill-migja tal-istatwa titulari fostna.

L-Ewwel Programm Vokali u Strumentali tas-Soċjeta'

Min bħali verament iħobb u jgħożż dak kollu li hu Qormi, ikun jixtieq li ġrajjiet u tifkiriet jonqoxhom mhux biss f' qalbu, imma wkoll iżomm notamenti tagħħom. U għal dawk li jixtiequ jkollhom tifkira ta' l-ewwel programm vokali u strumentali li s-Soċjeta tagħna Anici, għamlet nhar il-Hadd 23 ta' Gunju, 1991, fl-okkażjoni tal-250 sena ta' l-istatwa titulari ta' San Gorg fostna, iżomm dan it-tagħrif. Is-Soċjeta' Filarmonika Anici, kienet taħt id-direzzjoni tal-bravu Surmast Frank Galea.

 F' din is-serata ha sehem ukoll il-kor "ITE AD JOSEPH" tal-Parroċċa ta' San Gużepp Haddiem B' Kara, taħt id-direzzjoni ta' l-Avukat Godwin Grima. U biex isebbħu dan il-programm, ħadu sehem it-Tenur Brian Cefai, il-Basso Anthony Montebello u s-sopran Joan Cassar.

Qabel tat bidu għal din is-serata, is-Soċjeta' Anici għamlet waqfa qasira ta' minuta silenzju. U dan għamlitu biex tat ġieħ u sellmet lis-Sur Carmelo Spiteri, li miet nhar it-30 ta' April, 1991. Is-Sur Carmelo Spiteri kien wieħed mill-Fundaturi tas-Soċjeta' Anici u l-ewwel segretarju.

L-ewwel kompożizzjoni li nstemgħet kienet "ROMANZE" li harget mill-pinna tal-kompożitur magħruf Germaniż Ludwig Van Beethoven (1770-1827). It-tieni kompożizzjoni kienet is-sinfonija "NABUCCO" tal-kompożitur ċelebri Taljan Giuseppe Verdi (1813-1901).

Wara din is-sinfonija s-Soċjeta' Anici paxxietna b' xogħol mużikali ieħor, din id-darba tal-magħruf kompożitur Germaniż, George Frederiċk Handel(1685-1759) fejn smajna "ALLELUIA". Dan kellu arrangament mużikali tas-Surmast tas-Soċjeta', Mro Frank Galea.

Imbagħad il-programm tkompla billi smajna "L-apoteosi ta' San Gorg MegaloMartri". Il-versi ta' dan l-innu ħargu mill-qalb tal-Qormi Dr Carmel Mallia. Il-kompożizzjoni kienet tas-surmast direttur tas-Soċjeta', Mro Frank Galea. Wara dan l-innu, reġġħet saret waqfa qasira, biex ammiraturi tal-BANDA ANICI, offrew rigali lis-Soċjeta'.

Wara l-għotjiet tar-rigali, il-President tas-Soċjeta' Anici, l-professur Antoine Agius, flimkien mal-Kumitat, kellhom il-pjaċir kbir li jistiednu lili biex qrajt poeżija li ktibt. Għal din l-okkażjoni, mort infittex fil-gnien ta' qalbi. U hemm sibt ward mhux bħal dak li jinxef u jitbiel, imma ward li gbartu f' versi u għaqqadthom f' bukket biex offrejtu lil San Gorg. Din il-poeżija jien għammidtha bl-isem "Rigal Xieraq lil San Gorg -B'Tifkira tal-250 Sena Fostna".

Kienet ħaga xierqa li l-attivita' ta' dik il-lejla tintemm b'tislima lis-Soċjeta' Anici. Dik is-Soċjeta' li kulħadd jaf bil-ħidma fejjieda tagħha għat-tkabbir tal-festa lil San Gorg Martri maħbub ta' qalbna. U t-tislima kienet, billi ndaqq l-Innu tal-Banda. Il-versi ta' dan l-innu tant ħargu minn qalbi, li jiena u niktbu, ingħaqadt ma' San Gorg tagħna. U fl-aħħar strofa tlabtu biex jibqa' jhares u jbierek din is-Soċjeta ANICI li tant thobbu. Il-mużika għal dan l-innu hija kompożizzjoni tas-Surmast Direttur ta' din is-Soċjeta Frank Galea.

Kien programm li paxxa l-widnejn ta' kull min semgħu. U kien hemm min baqa' mistagħgeb, kif Soċjeta' li għadha kif twieldet, kellha l-hila tippreżenta dak il-programm b'sengħa, dehen u kapaċita'. B' dan il-programm, is-Soċjeta' Filarmonika Anici, uriet maturita' kbira fl-amministrazzjoni tagħha. Din il-BANDA ANICI, jixirqilha kull tifhir u nkoraġġiment fil-qasam mużikali halli tkompli tkabbar il-festa Qormija. B' hekk tkun qed tagħti ġieh lill-Qaddis Patrun tagħna SAN GORG MARTRI.

Is-Soċjeta' Anici f' Għawdex

 Il-Banda komplit tilqa' diversi stedin biex iddoqq barra l-Belt Pinto. Nista' ngħid li kellha xejn inqas minn sebgħa stediniet f' diversi Parroċċi.

Fil-Parroċċa ta' Ħal-Qormi kellha xejn anqas minn disgħa oħra. Fost l-istedin li l-aktar li kien importanti għall-Banda, bla dubju ta' xejn, kien gej mis-Soċjeta' Mużikali 'La Stella' tal-Belt Victoria Għawdex.

Wahda mill-aktar festi popolari fil-Gżira sabiha tat-Tliet Għoljiet, bla dubju hi dik ta' San Gorg Martri. Din il-festa tigi ċċelebrata fil-Belt Victoria f' Għawdex. Biex din il-festa tkompli tigi mżejna, s-Soċjeta' 'La Stella' stiednet il-Banda Anici biex tmur iddoqq għall-festa ta' San Gorg Martri. Is-Soċjeta' Anici aċċettat bil-ferħ din l-istedina.

Din il-festa ta' San Gorg Martri f' Għawdex tigi ċċelebrata fit-tielet Hadd ta' Lulju.

Is-Soċjeta' Filarmonika Anici ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Festa ta' San Gorg Martri f' Għawdex, nhar il-Gimgħa 19 ta' Lulju. 1991. Il-Banda għamlet marċ brijjuż, billi ħadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Gorg Martri.

 Minn dakinhar 'l hawn, is-Soċjeta' Anici baqgħet tagħti s-servizz tagħha f' din il-festa popolari Għawdxija, biex tkompli tagħti ġieh u glorja lil San Gorg Martri, billi tagħmel il-marċ ta' jum il-festa filgħodu.

It-Tieni Fażi tal-Bini tal-Każin

 Kien proprju fis-Seduta Straordinarja Generali li saret nhar it-8 ta' Settembru 1991, li l-Kumitat habbar li kellha tinbeda t-tieni fażi tal-bini tal-każin. Din l-aħbar intlaqgħet b' ferħ u ċapċip kbir. Gie mħabbar ukoll li l-każin se jitkompla skond il-pjanta mingħajr tibdil.

Id-disinn tal-faċċata tal-każin, kien għamlu bla hlas, il-Qormi s-Sur Joseph Attard.

Għal dan l-iskop, kien ġie propost li ssir gabra permezz ta' l-envelopes li jitqassmu fid-djar. Bi qbil unanimu, fuq proposta oħra, l-envelopes ġie deċiż li jitqassmu mar-rahal kollu. Dan sar, l-għaliex is-Soċjeta' Anici, hija Qormija, għall-istess Patrun San Gorg Martri, u f' mohh id-dirigenti dejjem kien li tagħti s-sehem kollu tagħha, f' dak kollu li hu Qormi.

 Il-bini ġie deċiż li jitkompla mill-kuntrattur is-Sur Spiru Seguna. Dan ukoll kien għamel hafna xogħol fil-bini ta' l-ewwel fażi. Tajjeb li ngħid ukoll, li dan il-kuntrattur, flimkien mal-haddiema tiegħu, kienu lkoll soċi ta' din is-Soċjeta'.

Tajjeb li nsemmi li s-sezzjoni żgħażagħ kienet ilha mwaqqfa mill-bidu tas-Soċjeta'. Is-Sur John Mary Spiteri kien l-ewwel Chairman ta' din is-sezzjoni.

Il-Kumitat qatt ma hares lura u baqa' jahseb biex johloq aktar fergħat fi hdan is-Soċjeta'. Dawn jgħinu aktar fil-hidma tagħhom f'oqsma differenti.

Sezzjoni Soċi Nisa Attivi

Ffl-1992 ġiet imwaqqfa s-Sezzjoni Soci Nisa attivisti. Dawn minnufih, bhalma kienu għamlu ż-żgħażagħ, bdew ix-xogħol tagħhom, li ma damx ma beda jhalli l-frott mixtieq.

 Sezzjoni Sport

Fl-1990 kienet ġiet iffurmata s-Sezzjoni Sport. Dawn permezz tat-team, għall-Ameriċan Pool, kien bdew bil-kbir. Dawn rebhu l-Kampjonat ta' Billy Apap. B' din ir-rebha kienu saru Champions ta' l-1989/90.

 Din is-Sezzjoni qatt ma harset lura u sallum gabet diversi unuri lejn is-Soċjeta'. Fosthom, għal sentejn konsekuttivi, kienu Champions Nazzjonali ta' l-American Pool. Organiżżati mill-Malta Pool Assoċiation. Minhabba diffikultajiet li bhal kull sports ieħor jiltaqa' magħhom ma kien hemmx triq oħra hlief li din is-sezzjoni fl-1999 ġiet xolta. Pero' tajjeb ngħidu illi l-attivitajiet sportivi fil-każin baqgħu isiru xorta u l-Kumitat Amministrattiv kien iddeċieda li minn fost il-membri fi hdan l-istess Kumitat jahtar persuni li jkunu Delegati għall-isports. B' hekk dawn ħadu post is-Sezzjoni Sports.

Il-Banda La Stella t'Għawdex Mistiedna

Għall-festa ta' San Gorg Martri ta' l-1992, din il-Banda ġiet mistiedna mill-Banda Anici, biex flimkien magħha tagħmel il-marċ ta' Jum il-Festa filgħodu f' Ħal-Qormi. Din baqgħet tigi mistiedna sas-sena 1993.

Sehem is-Soċjeta' f' Attivitajiet

Ta' min isemmi li l-Banda Anici mill-bidu nett ħadet hsieb li tirrekordja cassettes, kemm b' marċi brijjużi kif ukoll funebri.

Mill-1991 il-Banda żiedet il-preżenza tagħha fil-Festa Titulari. B'hekk il-Banda issa qed tieħu sehem fil-festa ta' San Gorg Martri, billi ddoqq hames darbiet.

 Kumitat kompost miż-żewġ Parroċċi tal-Belt Pinto, taħt is-sorveljanza ta' l-Arċipriet u l-Kappillan, kienu ħadu r-responsabilita' u ffurmaw il-Kumitat Jum Ħal-Qormi.

Kull sena kienet iddoqq banda differenti. Il-Banda Anici kienet daqqet għall-okkażjoni ta' Jum Ħal-Qormi, nhar is-Sibt 25 ta' Mejju, 1991.

Hawn ta' min jgħid ukoll, li wara l-1994, il-Gvern ta' dak iż-żmien, immexxi mill-Partit Nazzjonalista' kien introduċa l-Kunsilli Lokali. Għalhekk meta ġie mahtur l-ewwel Kunsill ta' Beltna, ir-responsabilita' għall-festa ta' Jum Ħal-Qormi ġiet direttament f'idejhom.

Dawn minnufih urew ix-xewqa li jgħaqqdu t-tliet baned flimkien. Din ix-xewqa ma tantx dehret li ġiet aċċettata. Dan minhabba l-fatt li meta l-Kunsill xtaq li jorganiżża marċ mit-tliet baned flimkien, għal sentejn shah, 1994 u 1995, dan il-marċ sar biss mis-Soċjeta' Anici u s-Soċjeta' Filarmonika Pinto. Jidher ċar li l-Banda San Gorg Martri riedet li tibqa' barra.

Fl-1996 il-Kunsill ma deherx li kien kuntent b'din is-sitwazzjoni. Għalhekk hass li jibdel l-attivita', u flok il-Baned idoqqu flimkien, dawn idoqqu separatament. Għall-Banda San Gorg Martri, din dehret li hija soluzzjoni aċċettabli. Il-Banda Anici u l-Banda Pinto għall-gid u l-ġieh ta' Beltna, aċċettaw din il-proposta.

Din l-attivita' bdiet issir billi f'data miftehema bejn il-partijiet kollha, fil-granet tal-Milied, il-Baned idoqqu f' rotot differenti. Biss fl-aħħar jingħaqdu flimkien u b'direzzjoni ta' Surmast magħżul, li jiġi ortrenat kull sena, jidderiegi lit-tliet Baned flimkien, fl-għanjiet tal-Milied. Fl-ewwel sena li ġiet introdotta din is-sistema, kien nhar il-Hadd 29 ta' Diċembru 1996. Dak inhar kien idderiega lit-tliet Baned, is-Surmast Direttur tal-Banda Anici, Mro Frank Galea.

Għall-ġieh ta' l-istorja, tajjeb li nsemmi wkoll, li s-Soċjeta' Anici kienet daqqet fi Triq Imdina Ħal-Qormi. Dan kien waqt li l-Papa Gwanni Pawlu II kien Malta u għadda minn din it-triq. Kien nhar il-Hadd 26 ta' Mejju, 1990.

Iċ-Ċentru tas-Sahha Qormi

Fost is-servizzi li kellha l-Banda fl-1992, kienet meta ħadet sehem fil-ftuħ taċ-Ċentru tas-Sahha f' Ħal-Qormi. Dan kien nhar il-Hamis 13 ta' Frar, 1992. Il-Banda Anici għamlet marċ mat-toroq Qormin u wara ngħaqdet quddiem iċ-Ċentru tas-Sahha. Hemm ingħaqdet maż-żewġ baned l-oħra tal-Belt Pinto, biex flimkien daqqew l-Innu Malti.

Il-banda tiehu sehem fil-purcissjoni ta l-Ghid l-Kbir

 F' mohh id-dirigenti dejjem baqghet tidwi x-xewqa li xi darba l-Banda Anici tiehu l-post li kien ghad fadlilha tikseb. B' hekk tkun lahqet l-ghanijiet taghha.
Kien proprju nhar is-17 ta' Mejju 1993 meta hareg digriet mill-Kurja Arciveskovili ta' Malta. Dan id-digriet kien iffirmat minn Monsinjur Annetto Depasquale, Vigarju Generali. Permezz tad-digriet, il-Banda Anici nghatat id-dritt biex tibda tiehu sehem fil-purcissjoni ta' Kristu Rxoxt.
Fid-digriet kien stipulat ukoll is-sehem tal-Banda Anici fil-purcissjoni tal-gimgha l-kbira, quddiem il-vara ta' Kristu fl-Ort u s-sehem tal-Banda fil-purcissjoni ta' Corpus Christi.
L-ewwel darba li hadet sehem fil-purcissjoni ta? l-Irxoxt filghodu, kien nhar l-Ghid il-Kbir, il-Hadd 3 ta' April 1994.
Kien tassew jixraq li s-Socjeta' fl-arkivji taghha jkollha sett valzi ferrieha. Fuq inizjattiva tal-Kumitat, fl-1989 kien gie nfurmat is-Surmast tas-Socjeta', Mro Frank Galea, biex jikkomponi dawn il-valzi. Dan kien accetta l-istedina u l-ghaxar valzi kienu lesti f' Gunju ta' l-istess sena.
Dawn l-ghaxar valzi kienu gew sponsorjati u rregalati lis-Socjeta' mill-Professur Antoine Agius, li hu wiehed mill-erba' fundaturi u l-ewwel President ta' din is-Socjeta'.
Dawn is-sett valzi ghandha d-dritt li ddoqqhom il-Banda Anici Biss. Dan sar b'kuntratt bejn is-Socjeta' u l-kompozitur.

Ftuh tac-Centru Parrokkjali

Ta' min isemmi wkoll li nhar il-25 ta' Novembru 1992 il-Banda Anici kienet daqqet fil-ftuh tac-Centru Parrokkjali 'San Gorg'. Din bdiet b'marc minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali ta' San Gorg Hal-Qormi sac-centru.
Kienu hadu sehem iz-zewg baned tal-Parrocca . Dawn kienu daqqew flimkien fuq sistema alternattiva.
Dan ic-Centru nfetah u tbierek minn Mons. Guzeppi Mercieca Arcisqof ta' Malta.

Prezentazzjoni ta' Standard Iehor

Il-Kanonku George Bonello President Onorarju ta' din is-Socjeta? bierek it-tieni standard tal-Banda, biex nhar il-Gimgha l-Kbira 9 ta' April 1993, immarcja quddiem il-Banda.
Il-pittura ta' dan l-istandard saret mill-Kav. John Mary Spiteri d-direttur generali, waqt li l-hjata saret mis-Sinjura Ludgarda Pace. Ix-xoghol kollu sar minghajr hlas. L-ispejjez ghax-xiri tal-materjal lahqu Lm100. Dawn harighom is-Sur Frans Saliba li dak iz-zmien kien vici Direttur.
Fl-istess sena wkoll kien tqieghed il-frontispizju. Dan gie mahdum mis-Sur Charles Mallia. Is-Sur Joseph mallia volontarjament fl-istess sena kien pogga l-granit fis-swali principali. Is-Sur George Debono, volontarjament kien hadem legiju u podju tal-kawba' biex fuqu jidderiegi s-Surmast, filwaqt li s-Sur Ninu Ciappara wkoll ta s-sehem tieghu u lesta l-lavur kollu li nsibu fil-faccata tal-kazin. pero' l-lavur tal-gallarija nhadem mis-Sur Charles Mallia.

Il-Kumpanija Teatrali 'Lydda'

Jum iehor ghaziz ghal-qalb is-Socjeta', kien dak ta' nhar il-Hadd 25 ta' April, 1993. F' dan il-jum, waqt seduta tal-Kumitat, giet approvata u mwaqqfa Kumpanija Teatrali tas-Socjeta'. Din giet imghammda bl-isem 'Lydda'.
L-ewwel rapprezentazzjoni li din il-kumpanja teatrali tellghet kien nhar il-Gimgha 28 ta' Mejju 1993. Din kienet serata ghas-soci u saret fuq il-palk ta' l-Oratorju Festiv Sagra Familja, Hal-Qormi. Minhabba diffikultajiet kbar li ltaqghet maghhom din is-Sezzjoni, anke minhabba li l-post li kellha fejn terfa' l-vestwarju ttihdilha ma kienx hemm triq ohra hlief li fis-sena 1999 din is-sezzjoni giet xolta.

L-Arblu tal-Kazin

Zgur li ma hawn l-ebda socjeta' li fuq il-bejt tal-Kazin m'hemmx jiddomina arblu. Dan isir biex, fil-festi u granet ohra mportanti, kull socjeta' ttella' bandiera tperper ferhana, thabbar l-okkazjoni li ghaliha tkun giet imtellgha.
Is-socjeta Anici, f'xejn anqas minn socjetajiet ohra, ukoll xtrat arblu. L-arblu tal-Kazin Anici, li jiddomina fil-Belt Pinto, intelgha ghas-somma ta' Lm765. Tliet mitt lira minnhom gew moghtija mis-Sinjuri Slivio u Charlie Debono. Il-kumplament tas-somma hargithom is-Socjeta'. Dan l-arblu li jidher sew minn bosta nhawi, tqieghed f?postu nhar il-Hamis 30 ta? Settembru 1993.
Dan l-arblu gie mahdum mis-Sur Joseph Schembri li joqghod iz-Zurrieq.
Is-Sezzjoni Soci Nisa Attivi kienu ta' ghajnuna kbira fil-gbir ghall-ispejjez ta' bnadar kbar li jsebbgu l-lokal tas-Socjeta'.
Tajjeb li nghid li s-Socjeta' ghandha kollezzjoni sabiha ta' dawn il-Bnadar.

L-Ahhar Tislima lil Mons. Gerald Frendo

Bhala Banda li hija bint Qormija, ma naqsitx li taghti l-ahhar tislima lill-wisq habrieki l-ex Arcipriet u Monsinjur Gerald Frendo. Kien it-Tnejn 26 ta' Dicembru 1994 li daqqet fuq noti kiebja, b' turija ta' rispett u tislima xierqa, billi semmghet marci funebri fil-funeral.
Monsinjur Gerald Frendo dam Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg f'Hal-Qormi, mis-sena 1955 sas-sena 1978.

Il-Festa ta' Corpus Christi 1993

Is-socjeta' Filarmonika Anici hadet sehem ghall-ewwel darba fil-festa ta' Corpus Christi. Dan kien nhar il-Hadd 13 ta' Gunju, 1993.

Il-Kanonku Lawrenz Saliba

Nhar il-Gimgha 20 ta' Jannar, 1995 thabbret il-mewt tal-President Onorarju l-Kanonku Lawrenz Saliba, Is-Socjeta' taghtu l-ahhar tislima billi attendiet fil-korteo tal-funeral tieghu. Dan kien sar nhar il-Hadd 22 ta' Jannar 1995. Il-membri tal-kumitat imxew fil-korteo wara l-istandard tas-socjeta'.

Il-Pussess ta' l-Arcipriet Frans Abdilla S.Th.L.

Kien nhar is-Sibt 18 ta' Frar 1995 fil-Parrocca ta? San Gorg Hal-Qormi, sar il-pussess ta' l-Arcipriet il-gdid.
B' dan il-pussess, il-Wisq Rev. Arcipriet Dun Frans Abdilla, S,Th.L. sar ir-Raghaj Spiritwali fil-Belt pinto, ghall-Parrocca ta' San Gorg. L-Arcipriet, bit-tbissima simpatika tieghu, bil-ghaqal u d-dehen li Alla ghogbu jzejnu bih, zgur li se jkun il-Missier Spiritwali u Hanin ghall-Parrocca u l-poplu Qormi fdat lilu.
Filwaqt li tat tislima xierqa lill-ex Arcipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina Lic. D..

Il-Puggaman tat-Tarag Principali

Nhar it-Tlieta 19 ta' Gunju, 1995 izzanzan il-puggaman tat-tarag principali. Ix-xoghol fuq dan il-puggaman tal-kawba llustrat, inhadem mis-Sur George Debono. Dan iffranka xi flus lis-Socjeta' fix-xoghol tieghu. Dan huwa xoghol sabih iehor fil-Kazin. Din l-opra kompliet issebbah l-opri l-ohra li nsibu fis-Socjeta'. Tajjeb li wiehed ifakkar li dan il-puggaman fih ukoll erbghin bicca skultura. Dan ix-xoghol inhadem mis-Sur Christopher Magro. Il-lostru sar minghajr hlas mis-Sur Mario Grech.

 Programm Vokali u Strumentali

Kien nhar it-18 ta' Gunju, 1995 fil-Pjazza ta' quddiem il-Kazin Anici, sar Programm Vokali u Strumentali. Dan sar biex jigi mfakkar l-10 Anniversarju tal-Bradella u l-Bankun ghall-istatwa titulari ta' San Gorg Martri f' Hal-Qormi. Din is-serata kienet saret taht il-Patrocinju tal-President ta' Malta l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici.
F' dan il-programm indaqqu dawn ix-xoghlijiet muzikali Fl-ewwel parti:
1. L-'Innu Popolari' kompozizzjoni ta' Mro Guzeppi Camilleri, versi tal-poeta nazzjonali Mons. Dun Karm Psaila.
2. 'I Martiri' (Preghiera) ta' Mro Carmelo Pace, arrangament ta' Mro Frank Galea, F.L.C.M. Is-solista kien Alex Portelli.
3. 'Fantasia Rapsody' rapsodija ta' Mro Frank Galea, F.L.C.M. Is-solista kien Alex Portelli.
4. 'Radettzky' (Marc Militari) ta' Johann Strauss Senior.
5. 'Jesus Christ Superstar' (Selection) ta' Andrew Lloyd Weber.
6. 'Air and Variations' ta' Mro Chev. Andrew Calleja A. Mus. V.C.M., K.T.L.
It-tieni Parti
7. 'Aida' (Grand March) tal-kompozitur celebri Giuseppe Verdi.
8. 'Apoteosi ta' San Gorg Martri' (kantata) muzika ta' Mro Frank Galea, versi ta' Dr Carmelo Mallia.
9. 'Innu tal-Banda' muzika ta' Mro Frank Galea, versi tieghi, Carmel Bianchi
10. Innu Malti' muzika ta' Mro Robert Sammut, versi tal-poeta nazzjonali Mons. Karm Psaila.
Jiena Carmel Bianchi kont mistieden mis-Socjeta' Anici biex ipprezentajt dan il-Programm.
Il-Banda kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Frank Galea, F.L.C.M.. Flimkien mal-Banda Anici hadu sehem it-Tenur Brian Cefai, il-Basso Anthony Montebello u s-Sopran Joan Cassar. Ha sehem ukoll il-Kor 'ITE AD JOSEP' tal-Parrocca ta' San Guzepp Haddiem ta' Birkirkara.

Il-Mawra tal-Banda Anici fil-Kanada u fl-Istati Uniti 17 ta' April sat-3 ta' Mejju 1996

Kien f' Gunju ta' l-1995 meta l-membru onorarju tas-Socjeta' fil-Kanada s-Sur Louis Sammut, kien ghal btala f' Malta. Mieghu kien gab stedina mill-Festa San Gorg Association ta' Toronto, biex, il-Banda titla' taghti wirja ta' muzika f' Toronto l-Kanada kif ukoll f' Detroit l-Amerika.
Il-Kumitat amministrattiv ra l-istedina u ddiskutiha b' reqqa kbira. L-ewwel hsieb tal-kumitat kien min se jiehu r-responsabilita' ta' din il-mawra. Bhas-soltu, ir-responsabilita' waqghet fuq id-Direttur Generali l-kav. John Mary Spiteri. Dan b' hafna kuragg u determinazzjoni, accetta r-responsabilita' kollha tal-mawra. Quddiem ghajnejh kien qed jara biss is-success li kienet se tikseb din il-Banda.
L-ghaliex tajjeb li wiehed jghid, li l-Banda Anici, kienet l-ewwel banda Qormija li kellha dan l-unur li daqqet fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Mhux biss, imma wkoll minn kemm baned maltin u Ghawdxin li qatt telghu l-Kanada, il-Banda Anici zammet (almenu sakemm qed nikteb din l-istorja) ir-rekord ghall-akbar kontingent li qatt tela' s'issa, jigifieri 90 persuna.
Il-mawra tal-Banda Anici bdiet nhar l-Erbgha 17 t' April 1996. Il-Kontingent iltaqa' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, flimkien ma' l-istatwa ta' San Gorg, xoghol artistiku tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, sponsorjata minn membru onorarju iehor fl-Amerika, s-Sur George Scicluna. Tajjeb li nghid li s-Sur Scicluna kien ta ghajnuna kbira f' din il-mawra. Il-Kontingent telaq mal-Kumpanija Lufthansa, lejn il-belt sabiha ta' Frankfurt il-Germanja.
Wara waqfa ta' gurnata fi Frankfurt il-Germanja, il-kontingent mar il-Kanada. Hemmhekk il-Banda inghatat merhba kbira. Il-Banda esegwiet diversi kuncerti fi Clubs Maltin, kif ukoll fil-Padiljun ta' l-Air Malta f' Fiera tat-Turizmu f' Toronto kif ukoll fi Square One.
Il-Banda hadet sehem fil-Festa ta' San Gorg f' Toronto. Daqqet ukoll fil-knisja ta' San Pawl u Dandas Street, kif ukoll fil-Knisja ta' Santa Tereza Port Colborne.
Il-Banda marret ukoll f' Detroit l-Amerika fejn daqqet fil-festa ta' San Gorg.
Il-Banda giet ipprezentata b' diversi tifkiriet, fosthom ukoll standardi tal-Kanada, minn San Gorg Assocoation u iehor ta' l-Amerka mill-membru onorarju s-Sur George Scicluna. Dan li sa ftit gimghat qabel kien Malta ghall-festi ta' l-Ghid, Hu kien irregala standard iehor.

Il-Faccata Fuq il-Fil

Kien proprju nhar it-Tlieta 8 ta' Awissu 1996 li nbeda x-xoghol fuq il-faccata fuq il-fil. Dan ix-xoghol sar b' ghaqal u hila kbira mill-imghallem is-Sur Gorg Borg. Dan bix-xoghol tajjeb li wettaq, mhux biss wera l-kapacita' tieghu f' senghetu, izda wkoll wera l-arti sabiha, u ta' hila kbira tal-Kuntrattur li kien bniha s-Sur Spiru Seguna. Dawn iz-zewg Sinjuri haqqhom kull tifhir tax-xoghol siewi u tajjeb taghhom.
Nhar il-Gimgha 29 ta' Settembru 1996 tlesta x-xoghol. Il-Kumitat kompla fuq il-pjan li kien hejja. Dawk iz-zewg lapidi l-antiki li kienu wahda fuq kull naha tal-bieb principali, inbidlu. Flokhom saru tal-granit nero India, imnaqqxa b'ittri tad-deheb.
Parigg taghhom, aktar 'il quddiem, saret iz-zoklatura u t-turgien tul il-faccata kollha. Ghal dan ix-xoghol sabih, il-Kumitat u s-Soci jixtiequ jghidu grazzi lid-Ditta Agius Marble Works ta' l-Imqabba. Jiena zgur li kull min ra dan ix-xoghol ghogbu u kelli kliem ta' tifhir.
Il-Kumitat ma waqafx hawn. Ried ikompli jsebbah il-faccata billi jzid xi ogetti ohra li jisirqu ma' dawn l-opri.
Mal- bibien tas-Socjeta' tlestew hbabat fuq forma ta' arpa muzikali. Meta twahhlu komplew jigbdu l-ghajn. Dawn l-arpi tal-bronz, xoghol tassew sabih, inhadmu mis-socju tas-Socjeta', is-Sur Alfred Mangion. Dan kien mghejjun mis-Sur Rafel Aquilina. Id-disinn ta' dawn l-opri saru mill-habrieki Direttur Generali l-Kav. John Mary Spiteri.

Qormi Day Centre

Kien nhar il-Hamis 17 ta' Ottubru 1996 meta l-Banda Anici bhaz-zewg baned l-ohra tal-Belt Pinto, daqqet fl-okkazjoni tal-ftuh ufficjali tal-Qormi Day Centre.

'Lejn il-Golgota'

Il-Hadd 23 ta' Marzu 1997 kien ukoll Hadd il-Palm. Is-Socjeta; Filarmonika Anici tellghet programm muzikali bit-tema 'Lejn il-Golgota'. Dan il-Kuncert kien imtella' mill Kummissjoni Banda tas-Socjeta'. Dan sar fis-sala ta' l-iskola Professur Guze' Galea ta' Hal-Qormi San Gorg.
Fl-ewwel parti ta' dan il-kuncert instemghu dawn ix-xoghlijiet muzikali:
1. 'Exodus' mill Main Theme ta' Ernest Gold, arrangament ta' K. Girffin.
2. 'Silenzio Militare' variazzione ta' Giacinto Giociano, arrangament ta' Frank Galea.
3. 'Xerxes' ombra Mai Fu ta' George Frederick Handel, arrangament ta' Raymond Cremona.
4. 'In Memoria di Alberto Debono' Marcia Funebre ta' Emmanuel Bugeja.
5. 'Panis Angelicus' Hymnus ta' Cesar Frank.
6. 'In Memoria di Rev. Lorenzo Saliba' Marcia Funebre ta' Vincent Bonnici.
Fit-tieni parti ta' dan il-programm instemghu dawn ix-xoghlijiet muzikali.
7. Dirge' Intermezzo ta' Frank Galea.
8. 'Sulla Tomba di Carmelo Azzopardi' Marcia Funebre ta' Andrew Calleja.
9. 'L'Arlesienne Suite' Meditazzione ta' George Bizet, arrangament ta' Frank Galea.
10. 'In Memory of Carmelo Debono' Marcia Funebre ta' Frank Galea.
11. 'Cavalleria Rusticana' Intermezzo ta' Pietro Mascagni, arrangament ta' Vincenzo Ciappara.
12. 'Cipresso' Marcia Funebre ta' A. Melilli. Il-leader kien Mro Vincent Bonnici K.T.L..
Assistent Surmast: Mro Andrew Calleja A. Mus. V. C. M., K.T.L.
Direzzjoni: Mro Frank Galea Dip. Ed. (Adm & Mang.) F.L.C.M.
Jiena Carmel Bianchi kont mistieden mis-socjeta' biex inkun il-prezentatur ta' dan il-kuncert.

In-Nicca fil-Bitha tal-Kazin

Il-Kumitat amministrattiv baqa' jahdem bla heda biex ikompli jsebbah il-kazin. Dan xtaq u hekk sar, billi fil-bitha ghamlu nicca. Is-socju s-Sur Spiru Seguna, wara konsultazzjoni mal-Kumitat, hadem bla hlas, din il-gmiel ta' nicca. Meta qed nikten dan it-taghrif, in-nicca kienet ghadha vojta. Imma zgur li m?ghandu jghaddi l-ebda dubju fuq hadd, li f' nofs dik in-nicca se titpogga statwa ta' San Gorg Martri. Ikun tassew xieraq li jiddomina f' din in-nicca, il-Qaddis Kbir taghna, San GorgMartri, Patrun tas-Socjeta u tal-Belt Pinto.
Ix-xoghol ta' din l-istatwa diga' gie ordnat u fdat f' idejn skultur abbli u ta' hila kbira. Qed nirreferi ghall-iskultur il-kav. Alfred Camilleri Cauchi.
Jien m'ghandix dubju li din l-istatwa ta' San Gorg Martri, li diga thallset minn benefattur, se tkun opra ohra fil-kazin. Din se tkompli ssebbah ma' l-opri sbieh li diga' hemm.
Tajjeb nghid ukoll li s-Sur Gorg Borg ghogbu jaghmel bla hlas il-fil ta' din in-nicca. Warajha tqieghed gebel rustiku. B' hekk inghatat dehra isbah u attraenti lil din in-nicca.

Ic-Cerimonja tal-Kxif u t-Tberik

Ic-cerimonja tal-kxif u t-tberik ta' l-istatwa ta' San Gorg Martri sar nhar il-Hamis 23 ta' April, 1998 f' gheluq l-10 Anniversarju tas-Socjeta' u f' jum liturgiku ta' San Gorg Martri. Din l-istatwa swiet lis-Socjeta? Lm 800. Din l-opra ta' l-arti giet mahduma mit-trab ta' l-irham. Din inhadmet minn dan il-materjal biex tkun tista' sservi ghal tul ta' snin minghajr ma tkun mhedda mill-ebda hsara li jikkagunaw l-elementi.
L-istatwa giet mahduma mill-iskultur Alfred Camilleri Cauchi u mbierka mill-Wisq Rev. Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg Hal-Qormi Dun Frans Abdilla S. Th.L.. L-istatwa giet imhallsa mis-Sur Frans Cassar li offra s-somma ta' Lm300, Is-Sezzjonijt Zghazagh stillieri hargu somma ta' Lm200 u Sezzjoni Soci Nisa Attivi hargu Lm 300.
It-tberik ta' din l-istatwa u n-nicca kienu wkoll bhala parti fil-programm ta' l-Ewwel Decennju tas-Socjeta'. Ghalhekk issa tajjeb li naghti harsa lejn dawn l-attivitajiet. B' hekk inkun temmejt l-ewwel ghaxar snin ta' storja ta' din is-Socjeta'.

Attivitajiet ta' l-Ewwel Decenju

Dawn l-attivitajiet kienu mifruxa bejn April u Gunju 1998. Dawn il-festi bdew nhar il-Hamis 2 ta'April 1998, meta l-Arcipriet tal-Parrocca Dun Frans Abdilla S. Th.L. bierek u fetah wirja mill-isbah ta' vari tal-Gimgha l-Kbira.
Il-Banda mbaghad hadet sehem bhas-soltu fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Din kienet nhar il-Gimgha l-10 ta' April 1998 u f' dik ta' Kristu Rxoxt nhar il-Hadd 12 ta' April 1998.
Il-Hadd 19 ta' April 1998 saret quddiesa fil-Knisja Arciporetali ta' San Gorg bhala ringrazzjament lil Alla u lil San Gorg tal-harsien li taw lis-Socjeta' tul dawn l-ghaxar snin.
Il-Hamis 23 ta' April 1998 giet inawgurata l-istatwa, sar is-solitu marc. Dan beda minn fuq iz-zuntier tal-Knisja ta' San Gorg, wara li spiccat il-funzjoni fil-Knisja. Wara kompla fid-direzzjoni tal-Kazin.
Kif il-marc wasal il-Kazin sar il-kxif ta' l-istatwa. L-Arcipriet Dun Frans berikha u l-Banda daqqet l-Innu, 'Fjur tal-Martri'. Mal kxif u t-tberik kien hemm entuzjazmu kbir mis-soci u l-ammiraturi prezenti fil-kazin.

Kuncert Bandistiku fl-Universita'

Kien is-Sibt 25 ta' April 1998 meta l-Banda pprezentat il-Kuncert Bandistiku fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita' tal-Qroqq. Dan il-kuncert kien taht il-patrocinju tal-Prim Ministru Dr Alfrd Sant.
Bla dubju ta' xejn, b' dan il-kuncert,, il-Banda Anici lahqet l-oghla livell. B'hekk uriet li ghalkemm ghadha fl-Ewwel Ghaxar Sena taghha, xorta wahda kienet kapaci tipprezenta kuncert ta' livell gholi hafna.
Il-Kumitat Amministrattiv ghogbu jistieden lili Carmel Bianchi biex nipprezenta dan il-Kuncert Bandistiku.
Il-produzzjoni ta' dan il-Kuncert kienet tal-Kummissjoni Banda. Id-direzzjoni tal-Banda kienet tas-Surmast Frank Galea u ta' l-Assistent Surmast Andrew Calleja. Il-Leader tal-Banda kien is-Surmast Vincent Bonnici li hu wkoll l-ghalliem ta' l-allievi tas-Socjeta'.
F' dan il-Kuncert indaqqet din il-muzika:
1. 'Impressions of Seville' - Suite ta' Harry Simeone.
2. 'The Merry Widow' - Selection ta' Franz Lehar, arrangament ta' Frank Galea.
3. 'I Martiti' - Selection mill-opra ta' Carmelo Pace, arrangament ta' Frank Galea.
4. 'Anici' -Symphonic Poem ta' Andrew Calleja
Intervall
5. 'Cats' - Selection ta' Andrew Lloyd Weber.
6. 'Il Trovatore' - Selection ta' Giuseppe Verdi fuq arrangament ta' P. Vitale.
7. 'L-Ewwel Decenju' - Poema Sinfinico ta' Frank Galea
Imbaghad sar diskors ta' l-okkazjoni mill-President tas-Socjeta' l-Professur Dr. Antoine Agius. Imbaghad wara d-diskors, kif kien xieraq, il-Banda ghalqet dan il-kuncert bl-innu taghha fuq kompozizzjoni ta' Frank Galea u l-Innu Malti kompozizzjoni ta' Robert Samut.
Is-solisti f' dan il-kuncert kienu:
Anthony Muscat Pistonin
Alex Portelli Flikorn Sopran
Joseph Spiteri Tromba in Sibemoll
Denis Camilleri Althorn
u Mro Lawrence Bonnici Ewfonju
B'dan il-kuncert giet fi tmiem l-ewwel parti mic-celebrazzjonijiet ta' l-Ewwel Decenju.

It-Tieni Parti tac-Celebrazzjonijiet

Kien il-Gimgha 12 ta' Gunju 1998, meta fil-kazin intlaghbet il-finali tal-kompetizzjoni ta' l-American Pool, organizzat mis-Sezzjoni Sports.
Il-Hadd 14 ta' Gunju 1998 il-Banda bhas-soltu hadet sehem fil-purcissjoni ta' Corpus Christi.
It-Tnejn 15 ta' Gunju 1998 saret cerimonja fis-Sala San Gorg Martri li hemm fil-Kazin. Hawn il-president tas-Socjeta', Dr. Antoine Agius, qassam certifikati lil persuni onorarji, bandisti, soci u benefatturi.
It-Tlieta 16 ta' Gunju 1998 sar barbeque quddiem il-Kazin.
L-Erbgha 17 ta' Gunju 1998 sar kuncert generali bi thejjija ghall-Programm Muzikali.
Il-hamis 18 ta' Gunju 1998 fil-Knisja Arcipretali ta' San Gorg Hal-Qormi saret quddiesa b' sufragju ghall-erwieh mejtin kollha tas-Socjeta'. Din il-quddiesa kienet ikkoncelebrata mill-Vigarju Generali Monsinjur Annetto Depasquale. Ikkoncelebraw ukoll l-Arcipriet Dun Frans Abdilla u sacerdoti ohra.
Wara l-quddiesa, il-Banda San Gorg Martri ta' Hal-Qormi, li kienet il-Banda mistiedna mill-Ghaqda Muzikali Anici, ghamlet marc li t-tmiem tieghu kien proprju quddiem il-Kazin Anici.
Il-Gimgha 19 ta' Gunju 1998 sar Programm Vokali u Strumentali quddiem il-kazin Anici. Dan il-Programm kien taht il-Patrocinju tal-Wisq Rispettabbli Sindku tal-Belt Pinto Clyde Puli.
Dan il-kuncert kellu d-direzzjoni tas-Surmast Frank Galea u ta' l-Assistent Surmast Andrew Calleja. F' dan il-programm smajna l-Maltesina No.1 tas-Surmast Carmelo Pace u s-Selection minn 'Cats' ta' Andrew Lloyd Weber. Wara din smajna l-Innu l-Kbor, 'L-Apoteosi ta' San Gorg Martri' fuq muzika tas-Surmast Frank Galea u versi ta' Dr Carmelo Mallia. F' dan l-innu, flimkien mal-kor tas-Socjeta' hadu sehem ukoll tliet solisti.
Indaqq ukoll l-Innu tal-Banda fuq kompozizzjoni tas-Surmast Frank Galea u versi tieghi Carmel Bianchi. Wara ndaqq l-Innu Malti, kompozizzjoni ta' Robert Samut, versi tal-Poeta Nazzjonali l-Mons Dun Karm Psaila.
F' dan il-programm saru wkoll ghadd ta' prezentazzjonijiet minn benefatturi u socjetajiet diversi.
Wara il-programm s-Sindku tal-Belt Pinto Clyde Puli, kixef lapida kommemorattiva. Din l-irhama hija xoghol l-artist is-Sur Ronald Pisani. Din saret biex tfakkar l-Ewwel Decennju u l-Bini ta' Kazin Gdid.
L-Arcipriet tal-Parrocca ta' San Gorg Hal-Qormi, Dun Frans Abdilla, bierek din il-lapida.
Is-Sibt 20 ta' Gunju 1998 saret lejla Maltija quddiem il-Kazin.
Il-Hadd 21 ta' Gunju 1998 Gheluq tal-festi ta' l-Ewwel Decennju. Fl-ghaxra neqsin kwart ta' filghodu ttajret ghall-ewwel darba ma' l-arblu, il-bandiera l-prima.
Din il-bandiera hija fuq disinn ta? l-imghallem is-Sur Salvu Bugeja taz-Zurrieq. Il-hjata saret mis-Sur Joe Gellel tal-Birgu. Il-bandiera giet irregalata lis-Socjeta minn sitt benefatturi li bejniethom hargu s-somma ta' Lm850. Dawn il-benefatturi kienu s-Sinjuri Charles Borg, Joe Grech, Mario Grech, Stephen Zammit u zewp persuni ohra li ma xtaqux juru isimhom.
Min-naha tas-Sur Salvu Bugeja, id-disinn ghamlu minghajr hlas. Sintendi, il-Banda Anici, bhas-snin l-ohra, regghet hadet sehem fil-gimgha tal-festa titulari.
Fi tmiem din l-istorja tajjeb li nsemmi zewg fundaturi. Dawn huma l-President Dr Antoine Agius u d-Direttur Generali l-Kav. John Mary Spiteri li baqghu attivi. Flimkien ma' dawn, li ma naqsux ukoll fil-hidma taghhom, hemm is-Sur George Portelli l-kaxxier u s-Surmast Direttur Frank Galea. Din is-sena, dawn ilkoll qeghdin jiccelebraw l-ghaxar anniversarju tal-karigi rispettivi taghhom.

TKABBAR IL-BINI TAL-KAZIN

Kien proprju f'Ottubru tal-1998 meta is-socjeta ghamlet il-kuntratt li bih akwistat mahzen kbir imiss mal-kazin. Dan il-mahzen sewa lis-socjeta eluf kbar ta liri pero bla dubju ta xejn lis-socjeta dan il-mahzen swielha hafna ghax b'hekk il-kazin seta' jikber, filfatt dan gie imniffed mal-kazin u illum fih insibu biljard u snooker hall, klassi ghat-tghalim tal-muzika lil aljevi u il-parti ta quddiem li ghanda access ukoll ghal barra it-triq insibu workshop. Biex dan il-mahzen seta' jigi utilizzat ghal htiega li kellu bzonn il-kazin fih kellu jsir hafna xoghol u dan ix-xoghol hafna minnu kien mill-membri tal-kumitat fosthom Mario Grech li ukoll flimkien ma huh Joe Grech hargu wkoll l-ispejjes ghat-travi, konkos u gebel li kien jehtieg f'dan it-tibdil u mill kavallier John Mary Spiteri. Xoghol iehor volontarju sar ukoll mis-sur Joseph Spiteri, Spiru Seguna u Indri Briffa.

IMUT IL-PRESIDENT ONORARJU L-KANONKU GEORGE BONELLO

Nhar it-Tlieta 15 ta' Gunju 1999 griet l-ahbar tal-mewt tal-Kan. Goerge Bonello li kien Pesident Onorarju ta' din l-ghaqda. Il-Kumitat Amministrattiv kien attenda bl-istandard tas-socjeta' ghall-funeral tieghu u ghall-quddiesa Presente Cadavre li kienet fil-Knisja ta' San Gorg Martri Qormi. Il-Funeral tieghu kien il-Hamis 17 ta' Gunju 1999.

F'Awissu tal-1999 il-kavallier John Mary Spiteri beda l-ahhar xoghol fid-dekorazzjoni tas-sala Carmelo Spiteri fejn dan ix-xoghol kien lest ghall-festa ta' San Gorg li kient fil-25 ta Gunju 2000. F'dan ix-xoghol ukoll kellu il-pariri tas-sur Alfred Mangion u l-iskultur Salvu Bugeja.

 BUST TA' CARMELO SPITERI

Il-Hadd 7 ta' Mejju 2000 is-sezzjoni Zghazagh Stillieri fi hdan is-socjeta' irregalat lis-socjeta' bust tal-mibki imma qatt minsi Carmelo Spiteri li kien wiehed mill-fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel bandist. Dan il-bust gie mahdum mill-kavallier Alfred Camilleri Cauchi u l-pedestal tieghu inhadem fl-irham mill-marmista Ronald Pisani. Il-kxif ta' dan il-bust kien waqt attivita' muziko- letterarja li saret fl-istess sala Carmelo Spiteri u li fiha wkoll hadu sehem numru ta' bandisti tal-post fejn daqqew xi siltiet muzikali. Il-kxif ta' dan il-bust kien mill-president tas-socjeta in-nutar Antoine Aguis u gie imbierek mis-sacerdot Dun Karm Grech.

BIBIEN TAL- KEWBA GHAS-SWALI

Kien il-mastrudaxxa Guzeppi Mangion li beda' x-xoghol fuq sett ta' bibien tal-kewba ghaz-zewg swali ta' fuq tal-Kazin. Pero' dan l-imghallem ma' kellux ix-xorti li jlesti dan ix-xoghol il-ghaliex miet hesrem nhar is-Sibt 9 t' Ottubru 1999. Ghalhekk il-Kumitat kellu jara biex isib mastrudaxxa iehor biex ikun jista' jitkompla dan ix-xoghol. L-imghallem is-sur Gorg Sammut Qormi iehor dahal ghal dan ix-xoghol u proppju ghall-festa ta' San Gorg Martri tal-2001 gew imqieghda u komplew jaghtu dehra isbah liz-zewg Swali. Ghal festi Centinarji ta' San Gorg Martri tal-2003 gew illustrati mis-sur Philip Psaila Qormi wkoll. Dawn il-bibien huma disin tal-iskultur Salvu Bugeja u l-iskultura taghhom inhadmet ukoll minn iben Hal-Qormi pero' joqghod f' l-Imqabba is-sur Gorg Cardona. Dawn il-bibien kien hemm numru sabih ta benefatturi li taw id-donazzjoni taghhom biex dan ix-xoghol kien seta jitwettaq.

DEKORAZZJONI TAS-SWALI

Ghall-Festa ta' San Gorg Martri tas-sena 2000 tlesta x-xoghol ta' dekorazzjoni fis-Sala Carmelo Spiteri, dan sar mill-kavallier John Mary Spiteri li hu wkoll wiehed mill-Fundaturi tas-socjeta'. Fuq direzzjoni tas-sur Alfred Mangion li ghamel ukoll id-disinn. Fis- Sala Carmelo Spiteri tqeghdu tlett sopraporti li nhadmu volontarjament mill-mastrudaxxa Emanuel Debono fuq disinn tal-marmista Ronald Pisani u gew imzanzna fil-festa ta' San Gorg Martri tas-sena 2000. L-istess kavallier John Mary Spiteri nhar it-Tnejn 7 ta' Awissu 2000 beda ix-xoghol fuq id-dekorazzjoni fis-sala San Gorg Martri, aktar tard issiehbu mieghu is-sinjuri Mario Grech u Alfred Mangion. Id-disinn tad-dekorazzjoni f'din is-Sala ghamlu l-Marmista Ronald Pisani.

KWADRI GHAS-SALA CARMELO SPITERI

It-Tnejn 28 t'Awissu 2000 gie maghmul il-kuntratt mal-kavallier Alfred Camilleri Cauchi li bih intlahaq il-ftehim biex dan l-artist jahdem zewg kwadri kbar ghas-sala Carmelo Spiteri. Dawn il-kwadri wiehed jirraprezenta lil San Gorg Martri u l-iehor lil Granmastru Pinto. Dawn se jitqeghedu fis-sala Carmelo Spiteri. Dawn il-kwadri gew regalati lis-socjeta mill-membru onorarju s-sur Gorg Scicluna. Il-Hadd 10 ta' Gunju 2001 kien it-Tberik ta' dawn il-Kwadri mir-Rev. Arcipriet Dun Frans Abdilla waqt cerimonja li thejjiet apposta. Il-Kxif tal-Kwadri kien mid-donatur taghhom stess il-membru Onorarju George Scicluna.

PRIMA MESSA

Il-Hadd 3 ta' Settembru 2000 il-banda hadet sehem f'korteo fl-okkazzjoni tal-prima messa tas-sacerdot mill-parocca Dun John Muscat. Il-marc beda min hdejn id-dar tieghu fit-8.00am u intemm hdejn il-knisja arcipretali fid-9.00am. Prima messa ohra kienet L-Erbgha 31 ta' Lulju 2002 ta' Fr. Charles Cini li l-banda Anici hadet sehem ukoll mid-dar tieghu sal-Knisja. Is-Sibt 5 ta' Lulju 2003 Kien imiss il-Prima Messa ta' Fr. Louis Farrugia u l-istess il-banda Anici ikkompanjat mid-dar tieghu sal-Knisja. Is-Sibt 3 ta' Lulju 2004 il-banda Anici hadet sehm fil-Prima Messa ta' Rev. David Farrugia mid-Dar tieghu sal-Knisja.

KUNCERT VOKALI U STRUMENTALI

It-Tnejn 25 ta' Settembru 2000 il-banda giet mistiedna mir-residenza ta San Vincens De Paul sabiex taghmel kuncert vokali u strumentali fir-residenza. F'din l-istess okkazzjoni infethet wirja ta' standardi tal-kazini tal-baned Maltin u Ghawdxin mal-banda ha sehem it-tenur Andrew Sapiano u l-kuncert kien fis-sala ta' l-istess residenza. Din l-attivita' kienet fl-okazzjoni ta' jum l-anzjan tas-sena.

STANDARDI REGALATI

Wara li fil-bidu is-socjeta' kella l-istandard ufficjali taghha jigifieri dak ta' tmien strixxi bojod u suwed b'salib bir-rand fin-nofs u bl-istilla tarmi ir-ragg lejn is-salib u dan jindika l-arma tal-kunjom Anici, is-socjeta kellha wkoll zewg standardi ohra dak ta' Malta u iehor tar-Religjon. Kien propju lejliet il-festa tal-1990 meta is-soci is-sur Frans Cassar irregala standard tal-Papa. Fl-1994 is-sur Frans Saliba li kien ukoll membru fil-kumitat hallas l-ispejjes kollha biex inghata standard iehor ufficjali li ha post l-ewwel wiehed dak ta' tmien strixxi. Dan l-istandard juri l-arma ufficjali ta' l-ghaqda fuq sfond ahmar. Dan gie mehjut mis-sinjura Lukarda Pace u mpitter mil-kavallier John Mary Spiteri wiehed mil-fundaturi. Dawn it-tnejn ghamlu x-xoghol taghhom minghajr hlas. Dan l-istandard gie mzanzan fil-processjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' l-istess sena. Fl-istess sena wkoll is-sezzjoni zaghzagh stillieri kienet irregalat lis-socjeta l-istandard taghha. Dan juri l-arma tas-sezzjoni fuq sfond ahmar l-istess zewg persuni li semmejt l-ahhar ghamlu x-xoghol minghajr hlas. Fl-1996 Il-membru onorarju is-sur George Scicluna waqt li kien ghal btala f'Malta propju f?Sibt il-Ghid irregala lis-socjeta l-ewwel standard minn-barra pajjizna. Dan kien ta' Micegen. L-istess George Scicluna fl-istess sena waql li l-banda kienet fuq mawra fil-Canada u l-Amerika waqt Dinner Dance li kien f' Detrojt, kien irregala standard ta' l-Amerika, waqt l-istess mawra pero' din id-darba f'Toronto is-St.George's Assosoation of Toronto kienet irregalat lil-ghaqda l-istandard tal-Canada. Fl-1997 Is-sur George Scicluna rega' irregala standard iehor din id-darba tal-Gran Mastru Pinto. FL-1998 meta is-socjeta' kienet qed tfakkar l-ewwel Decennju taghha waqt program vokali u strumentali li kien quddiem il-kazin l-ahhwa Indrin u Charles Cilia irregalaw standard bl-arma ufficcjali tas-socjeta' fuq sfond ahmar u din id-darba ma kienx pittura imma rakkmu, u ghalhekk is-socjeta ghamlitu bhala l-istandard il-prim, li johrog biss f' lejliet il-festa. Il-Labarda ta' dan l-istandart turi lil San Gorg fuq iz-ziemel indurat bid-deheb fuq pedestal tal-fidda, mal pedestal gew imdendla tliet midalji dak in-nhar stess tal-programm mir-rispettabli sindku Clyde Puli. Dan kien sindku tal-Belt Pinto. Wahda mill-midalji li kienet propju munita antika taz-zmien il-Gran Mastru Pinto giet reggalata lis-socjeta mill-ewwel surmast li kellha l-banda Frankie Galea, it-tnejn l-ohra jgibu l-emblema wahda ta' l-arma ufficjali tas-socjeta' u l-ohra b'san Gorg fuq iz-ziemel it-tliet midalji huma tal-fidda. Dan l-istandard tajjeb li nsemmi li kien mahdum fil-Canada. Waqt l-istess Programm l-ahwa Joe u Mario Grech kienu ipprezentaw sett qniepen li kienu ngabu wkoll mill-Canada. Tajjeb insemmi li l-ahwa Grech kienu hallsu aktar minn-nofs l-ispiza ta' dan l-istrument. Fl-1999 is-ST.George's Association ta' Sidney irregalat standard ta' l-Awstralja lejliet il-festa. Fis-sena 2000 waqt program Vokali u strumentali propju fl-ahhar jum tat-Tridu is-sinjuri Reno Muscat u Ernest Cammileri li kienu zewg membri fil-kumitat kienu pprezentaw standard tat-Terra Santa, waqt l-istess program is-sezzjoni zaghzagh ipprezentaw standard ta' San Gorg Martri jigifieri abjad bis-salib ahmar.

KUNCERT VOKALI U STRUMENTALI

Nhar il-Hadd 11 ta' Frar 2001 il-Banda Anici tellghet it-tieni Kuncert taghha fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita' ta' Malta. Ghal dan il-Kuncert li kien taht il-patrocinju tas-Sindku ta' dak iz-zmien Clyde M Puli li ghalih attendew numru sabieh ta' persuni. Fost l-ghaqdiet tar-rahal li gew mistiedna laqghu din l-istedina il-Banda tas-socjeta' filarmonika Pinto w il-Kumitat Festi Esterni San Gorg Martri. F' dan il-Kuncert il-banda interpretat diversi xoghlijiet ta' kompozituri barranin kif ukoll bicca muzika kompozizzjoni tas-surmast direttur Andrew Calleja li tieghu ukoll kienet id-direzzjoni tal-Banda. Fost il-Muzika li l-aktar spikkat u li kienet ukoll impennjattiva hafna kienet l-Overture 1812 ta' Cheikovski mal-Banda hadu sehem ukoll it-Tenur Joseph Aquilina u s-Sopran Joan Mangion. Il-Prezentazzjoni tal-Kuncert kienet tieghi Dr. Carmel Bianchi u l-produzzjoni kienet tal-Kummissjoni Banda.

 FESTA TA' CORPUS CHRISTI W IL-QANPIENA L-GDIDA

Nhar il-Hadd 17 ta' Gunju 2001 il-Banda Anici bhas-soltu hadet sehem fil-festa ta' Corpus Christi pero' din is-sena kellha sinifikat iehor din l-okkazzjoni li zgur ser jibqa' ttimbrat b' timbru tad-deheb fl-istorja tas-socjeta'. Dan minhabba illi dak in-nhar stess fil-ghodu giet inawgurata l-qanpiena l-gdida ghall-Knisja Parrokkjali, fil-ghaxija il-Banda kellha x-xorti li tkun l-ewwel Banda li daqqet quddiem il-qanpiena dak in-nhar stess ta' l-inawgurazzjoni taghha.

INNU Marc Liz-Zghazagh Stillieri

IL-GIMGHA 7 ta' Settembru 2001 thejja il-Kuntratt Notarili li bih gie stabbilit l-Innu Marc dedikat lis-Sezzjoni Zghazagh Stillieri u b'hekk gie Proprjeta ta' l-Ghaqda. Il-Kompozizzjoni ta' dan l-Innu Marc huwwa tas-Surmast Archibald Mizzi u Versi tal-Kav. Dr Carmel Bianchi. Dan l-Innu Marc gie Kkommisjonat u r-Regalat lill-Ghaqda mis-Sezzjoni Zghazagh Stillieri u ndaqq ghall-ewwel darba fil-festa tal-2002.

Zjara tal-President ta' Malta

Nhar it-Tlieta 5 ta' Frar 2002 saret zjara ufficcjali fil-kazin mill-E.T. Prezident ta' Malta Profs Guido De Marco. Waqt Iz-zjara l-president gie mdawwar mal-Kazin u kellu kliem ta' Tifhir ghal mod ta' kif inhu mizmum l-istess kazin u ghad-dekorazzjonijiet u opri li fih. F'l-okkazzjoni ta' din Iz-zjara l-President gie mghoti rigal ta' tifkira.

AKKADEMJA

Ghall-ewwel darba f' l-istorja tal-ghaqda il-banda taghna bill-kolloborazzjoni tal-Arcipriet u l-Kleru tal-Parrocca San Gorg Martri tellghet Akkademja Muziko- Letterarja fil-Knisja Arcipretali u Matrici ta' San Gorg Martri f' l-okkazzjoni tas-17-il Centinarju mill-Glorja ta' San Gorg Martri din kienet il-Hamis 22 ta' Mejju 2003 u bdiet fis-7:30p.m. Din l-akkademja kienet taht il-patrocinju tal-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale. Kienu mistiedna diversi persuni distinti u l-poplu Qormi kollu li gie bi hgrau biex jisma s-siltiet muzikali u l-qari tant interessanti li flimkien sawwru biex din l-akkademja tkun wahda ta' success. Il-Programm kien imqassam kif gej:
Innu Popolari Fjur ta' Martri ta' Mro. G. Camilleri ikanta l-Kor Exultatae Domine
Song I Walk with God ta' N. Brodszky arr. Mro G. Debono
Sacred Hymn Panis Angelicus ta' Cesar Franck kantata wkoll mis-sopran Joane Mangion
Poezija ta' Dr, Carmelo Bianchi 'is-17-il Seklu hajjin ta' San Gorg Martri'
Intermezzo Agnus Dei ta' Bizet Arr. Mro. F. Galea kanta t-Tenur Joseph Aquilina
Intermezz Karateristiku Reverie on Direct Cloister ta' Mro. F. Galea
Preghiera Il-Lacorate Spirito ta' G. Verdi arr. Mro F. Galea kanta l-Baxx Albert Butigieg
Adagio Centinarju 2003 ta' Mro. A. Calleja
Diskors mill-President tas-Socjeta' Dr. Antoine Agius
Innu l-Kbir Aporeosi ta' San Gorg Martri ta' Mro. F. Galea u Versi ta' Dott. Carmelo Mallia hadu sehrm it-tlett solisti kif ukoll il-kor tal-Parrocca Exultatae Domine.
Innu Marc Gorgi taghna ta' Mro. A. Mizzi ikanta l-Kor Exultatae Domine
Diskors mill-E.T. Mons. Isqof Annetto Depasquale
Innu tac-Centinarju ta' Profs J. Vella ikanta l-Kor Exultatae Domine
Id-Direzzjoni tal-Banda kienet tas-surmast Direttur Andrew Calleja. Ipprezentaw l-Akkademja Il-Kav. Dr. Carmelo Bianchi President Onorarju u s-sinjura Marisa Pace.

FTUH UFFICCJALI TAS-SALA SAN GORG MARTRI

Wara tant xoghol mill-Kav. John M. Spiteri b' l-ghajnuna ta' Alfred Mangion u Mario Grech is-sala tlestiet u nhar is-Sibt 21 ta' Gunju 2003 giet inawgurata ufficcjalment mill-Agent President ta' Malta' Dr. George Hyzler. Ghal din l-okkazzjoni il-Banda Anici ghamlet Marc minn hdejn il-Knisja Arcipretali u Matrici ta' San Gorg Martri sal Kazin Banda Anici, fejn fit-8:30p.m. laqghat lill-Agent President ta' Malta bid-daqq ta' l-Innu Malti wara gie mistieden jiftah is-sala ufficcjalment u wara d-diskorsi u prezentazzjonijiet l-istess Agent President kixef il-Lapida kommemorattiva u wara is-sala giet imbierka mill-Arcipriet Dun France Abdilla. Wara c-cerimonja tal-ftuh kien hemm riciviment ta' l-okazzjoni. Din kienet attivita ohra marbuta mal-festi tas-17-il centinarju mill-Glorja ta' San Gorg Martri li organizzat din l-ghaqda Muzikali.

ARMI GODDA GHAL-BRIRET TAL-BANDISTI

Fil-Programm Vokali u Strumentali li tellghet il-Banda Anici Nhar il-Gimgha 27 ta' Gunju 2003 l-ahhar jum tat-Tridu il-President Onorarju is-Sur George Scicluna residenti f' l-Amerika ipprezenta sett armi godda biex jiehdu post dawk l-antiki fuq il-brieret tal-Bandisti. Dawn l-armi gew imzanzna fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira 9 t' April 2004

IL-BANDA ANICI B' REKORD ECCELLENTI

Il-Hadd 10 t' Awissu 2003, Il-Banda Anici kitbet b' ittri tad-deheb pagna ohra mill-istorja taghha billi fl-istess gurnata u fl-istess hin hadet sehem f' zewg purcissjonijiet differenti fil-Birgu festa ta' San Lawrenz,u fil-Hamrun festa ta' San Gejtanu.

MAFKAR TA' SAN GORG MARTRI

Nhar il-Hadd 25 t' April 2004, il-Banda Anici ghamlet marcminn quddiem il-Kazin sa Triq is-Saghtar f'l-area ta' Farsina fejn hemm inghaqdet mall-Banda l-ohra tal-Parocca biex gie inawgurat mafkar ta' San Gorg Martri.

INAWGURATA WEBSITE TAL-KAZIN

Nhar is-Sibt 19 ta' Gunju 2004 kienet inawgurata Website tal-ghaqda mill-President tas-socjeta' Dr. Antoine Agius waqt riciviment li sar ghall-mistednin. Il-Website hija www.anicibandclub.org          email: info@anicibandclub.org

KUNCERT VOKALI U STRUMENTALI

Kien is-Sibt 23 t' Ottubru 2004 meta l-Banda Anici tellghet it-Tielet Kuncert Vokali u Strumentali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Hal-Qormi. Dan kien fis-Sala ta' l-Istitut Kattoliku l-Floriana u kien taht il-patrocijnu tal-Wisq Rispettabbli Sindku Jesmond Aquilina. Dan il-Kuncert intlaqa' tajjeb mill-Pubbliku prezenti u fih hadu sehem ukoll is-Sopran Joane Mangion u t-Tenur Joseph Aquilina. Il-Muzika li ndaqqet f'dan il-Kuncert kienet din:
• The Mask of Zorro Theme J. Horner
• Danza Hungara No. 5 Danza J. Brahms
• O Mio Babbino Caro Aria G. Puccini
• Danza Hungara No. 6 Danza J. Brahms
• E. Lucevan Le Stelle Aria G. Puccini
• Fantasia in Do Minore Fantasia A. J. Mizzi
• The Village Suite Suite A. Calleja
• Marcia Slave Marcia P. Tschaikowsky
• Brindisi Aria G. Verdi
• The Shepherds Hymn Sinfonin a No.6 Beethoven
• Innu ta' Hal-Qormi Innu S. Camilleri
• Innu tal-Banda Innu F. Galea
• Innu Malti Innu R. Samut

Tajjeb li nsemmi li d-direzzjoni tal-Banda kienet tas-Surmast Andrrew Calleja u prezentaw il-Programm Dr. Carmel Bianchi u Mrs. Marisa Pace. Insemmi wkoll li l-bicca muzika tas-Surmast Direttur inkitbet apposta ghal dan il-kuncert u giet muilquha ferm tajjeb. F' dan il-kuncert saru wkoll prezentazzjonijiet minn naha tal-President tas-socjeta' Dr.Antoine Agius lis-sindku u minn naha tieghu s-sindku ireciproka.

Pussess Tal-Arcipriet il-Gdid.

Il-Hadd 24 t'April 2005 il-banda hadet sehem fil-Korteo tal-pussess ta' l-Arcipriet il-gdid il-Kan. Dun Anton Cassar mid-dar tieghu li tinsab fil-pjazza San Frangisk, sal-Knisja Parrokjali ta' San Gorg Martri fejn wara kienet il-quddiesa tal-pussess. Il-banda waqt il-Korteo daqqet diversi marci Brijjuzi.

KUNCERT F'JUM HAL-QORMI

Data ohra memorabli fl-istorja ta' din l-ghaqda kienet l-Erbgha 25 ta'? Mejju 2005 meta il-Banda Anici flimkien maz-zewg baned l-ohra ta' Hal-Qormi daqqew flimkien quddiem it-Tribuna ta' Pinto f'Kuncert imtella' bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi. Is-socjeta' kienet prezentata f'dan il-Kuncert mhux biss bil-bandisti taghha imma wkoll bil-membri tal-Kumitat Amministrattiv, kif ukoll bl-istandard tas-socjeta'.

INAWGURATA VETRINA FIS-SALA SAN GORG MARTRI

Is-Sibt 18 ta' Gunju 2005 giet inawgurata Vetrina mahduma mill-gewz li tpoggiet fis-Sala San Gorg Martri. Din il-vetrina giet sponsorjata mill-benefattur Lukardu Borg li hareg aktar minn nofs is-somma. Il-Kumplament ta' l-ispica inhgarget mis-soci nisa attiovi fi hdan l-ghaqda. Id-disinn ta' din il-vetrina kien mill-marmista Ronald Pisani u nhadmet mis-sinjuri Paul Spiteri u Mario Grech. Fl-istess okkazzjoni gew inawgurati wkoll arlogg u zewg kandilabri fuq mejda ta' sotto specchio. L-arlogg u l-kandilabri huma maghmula mill-bronz fil-waqt li l-mejda hija maghmula mill-injam indurat. Dawn gew irregalati lis-socjeta' mis-Sezzjoni zghazagh stillieri fi hdan l-ghaqda. Dawn Iz-zewg opri gew imbierka mill-arcipriet tal-Parrocca l-Kanonku Dun Anton Cassar. Filwaqt li l-kxif tal-vetrina kien mill-istess Lukardu Borg. Qabel l-inawgurazzjoni kien diskors mill-president tas-Socjeta n-Nutar Antoine Agius. Wara kien hemm riciviment ghall-mistiedna u ghas-soci.

HATRA TA' SURMAST GDID

Is-Sibt l-1 t' Ottubru 2005 l-Ghaqda Muzikali Anici hatret lis-Surmast Joseph Vella bhala s-surmast Direttur gdid. Is-Surmast Joseph Vella huwa rinomat hafna fil-qasam muzikali, bizzejjed insemmu id-diversi baned li huwa is-surmast Direttur taghhom. Mal hatra is-surmast Joseph Vella hu wkoll Surmast Direttur ta' erba' baned ohra St. Elena ta B'Kara La Victoria tal- Mellieha tal-banda Lourde ta San Gwann u ta' San Gabrijel ta' Hal Balzan. Dan jixghed il-kapacita u il- popolarita' li ghandu f?pajjizna. L-ewwel kompozizzjoni li kiteb lill-ghaqda taghna bhala Surmast Direttur kien marc brijuz bl-isem 'Is-surmast il-gdid' dan il marc gie inkluz f'sett ta' marci brijuzi li gie rekordjat l-Erbgha 25 ta' Jannar 2006, li issurmast Vella iddebutta fih ghall-ewwel darba bhala Surmast Direttur tal-banda Anici. L-ewwel direzzjoni tas Surmast Vella mal banda Anici kien proppju waqt Prize day li saret il- Hadd 4 ta' Dicembru 2005. L-ewwel dehra bhala Surmast Direttur mal banda waqt marc fit toroq ta hal Qormi kien proppju il-Hadd 18 ta' Dicembru 2005 waqt il marc fl-okkazzjoni tal- Milied.

ZJARA FIL-KAZIN MILL-PRIM MINISTRU TA' MALTA DR. LAURENCE GONZI

Nhar l-Erbgha 5 t; April 2006 il-Prim Ministru ta; Malta Dr. Laurence Gonzi zar il-Kazin fejn f;din iz-zjara wkoll inawgura l-Wirja tal-Passjoni 2006 imtella; fil-Kazin Stess f;l-okkazzjoni tal-Gimgha Mqaddsa. Din kienet l-ewwl zjara ufficcjali tal-Prim Ministru fil-Kazin. Il-Prim Ministru iffirma il-Ktieb tal-Vizitaturi u heggeg lill-Ghaqda tkompli miexja l-quddiem fil-hidma taghha ghax ix-xoghol li kien f;din l-Ghaqda kien kbir u jirrifletti l-Ghaqal li bih imxew id-dirigenti li mexxewha.

IL-FUNERAL TAS-SUR SALVU BALDACHINO EX LICENCEE TAS-ST. GEORGE;S FIRE WORKS FACTORY.

Nhar it-Tnejn 3 ta' Lulju 2006 il-Banda Anici giet ikkommissjunata sabiex iddoqq fil-Funeral tas-Sur Salvu Baldachinio ex Licencee tas-St. George's Fireworks Factory li llum maghrufa bhala l'ghaqda tan-Nar 23 ta? April. F'dan il-Funeral i-Banda Anici Kienet l-unika banda li hadet sehem u tul il-korteo funebri mill-Knisja Arcipretali u Matrici ta' San Gorg Martri akkumpanjat b'diversi marci funebri sac-cimiterju tal-Parrocca.

SEDE GDIDA GHALL KUNSILL LOKALI QORMI

Nhar il-Hadd 25 ta' Frar 2007 il-Banda ghamlet Marc li beda fl-10:00a.m. minn quddiem il-Kazin u kompla ghat-Triq il-Vittorja sa quddiem is-sede il-gdida tal-Kunsill Lokali. Il-Banda tul it-triq daqqet diversi marci brijjuzi u fi tmiem il-marc quddiem il-Kunsill daqqet l-innu ta' Hal-Qormi taht-id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella. Fl-istess okkazzjoni il-Kumitat Amministrattiv ta' l-Ghaqda flimkien mas-Sezzjoni Zghazagh Stillieri ghamlu esebizzjoni ta' oggetti relatati ma' l-Ghaqda. Din l-okkazzjoni wkoll kienet imxandra diretta fuq wiehed mil-istazzjonijiet televizivi maltin.

KUNTRATT BEJN IL-BANED TAL-PARROCCA

Il-Gimgha 9 ta' Marzu 2007 l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri ta' Hal-Qormi hallset is-somma ta' Lm 500 (Hames mitt Lira Maltin) lill-Ghaqda Muzikali Anici bhala Penali ghall-Ksur tal-Kuntratt li gie ffirmat bejn iz-zewg baned fid-19 ta' Gunju 1999. Liema Kuntratt jorbot diversi suggetti fosthom liema Marci Brijjuzi jistghu jindaqqu mill-Baned rispettivi pero' mhux l-istess fejn jirrigwardja l-marci Funebri. Fejn hemm stipulat biss l-Inijiet Dedikati lill-Madonna tad-Duluri li ghandhom iz-zewg baned. Fost ohrajn ukoll hemm rigward il-Bandisti Lokali u li trid tintbghat lista qabel isir ir-Recording tal-Marci Brijjuzi u ghal din ta' l-ahhar L-ghaqda Muzikali San Gorg Martri ta' Hal-Qormi naqset milli taghmel dan u ghalhekk wehhlet il-Penali.

ZJARA FIL-KAZIN MILL-KAP TA? L-OPPOZIZZJONI DR. ALFRED SANT

Il-Hamis 29 ta' Marzu 2007 il-Kap ta' l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant zar il-Kazin fejn f'din iz-zjara wkoll inawgura l-Wirja tal-Passjoni 2007 imtella' fil-Kazin Stess f'l-okkazzjoni tal-Gimgha Mqaddsa. Din kienet l-ewwl zjara ufficcjali tal-Kap ta' l-oppozizzjoni fil-Kazin fejn ukoll iffirma l-Ktieb tal-Vizitaturi u wera sodisfazzjon ghall-hidma u l-progress ta' l-Ghaqda.

DRAPP GDID LI ZEJJEN IL-FACCATA TAL-KAZIN

Nhar l-Erbgha 20 ta' Gunju 2007 gie mzanzan Drapp iddisinnjat ghall-Faccata tal-Kazin biex jintrama ghall-Festa. Dan ix-xoghol kien fuq disinn u sfumar ta' Charlo Spiteri u hjata mis-Sinjura Censa Psaila. L-ispejjez tad-drapp li ntuza thallsu mis-Sezzjoni Soci Nisa Attivi fi hdan l-ghaqda. B'hekk il-faccata majestuza tal-Kazin issa ghandha il-libsa tal-festa. Id-diregenti ta' l-ghaqda qaghdu attenti hafna li dan ix-xoghol ma jaghttix il-gebla sabieha fuq il-fil tal-faccata, u b'hekk sar kollox bil-galbu w il-faccata kif ukoll id-drapp tgawdew it-tnejn.

ZJARA FIL-KAZIN MILL-E.T. MONS. GEORGE FRENDO ISQOF F'L-ALBANIJA

Nhar il-Gimgha 22 ta' Gunju 2007 l-Eccellenza tieghu Mons George Frendo Isqof f'l-Albanija zar il-Kazin fejn ukoll halla tifkira billi prezenta karlotta u wara taht il-Patrocinju tieghu il-Banda Anici tellghet programm Vokali u Strumentali fl-okkazzjoni tal-Festa ta' San Gorg Martri. L-isqof George Frendo kien sodisfatt u kellu kliem ta' tifhir lejn l-Ghaqda u ffirma wkoll il-ktieb tal-vizitaturi.

 KUNCERT VOKALI U STRUMENTALI MILL-BANDA ANICI QORMI

Nhar is-Sibt 27 t' Ottubru 2007 il-Banda Anici bill-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi tellghet Kuncert Vokali u Strumentali fis-Sala tat-Teatru ta? l-istitut Kattoliku l-Floriana taht il-Patrocinju tal-W.R. Sindku Jesmond Aqulina. Il-Banda kienet taht id-Direzzjoni tas-Surmast Direttur Joseph Vella. A.(Mus.) L.C.M., A.(Mus.)L.S.M., L.(Mus.) L.C.M., F.V.C.M. Il-Programm gie prezentat min Dr. Carmel Bianchi fuq produzzjoni tal-Kummissjoni Banda Anici. Mall-Banda hadu sehem ukoll it-Tenuri Brian Cefai, Andrew Sapiano u George Saliba z-zefiena Yorin u Loraine Gauci Fil-Kuncert indaqqet din il-Muzika:
L-ewwel parti

I Cavalieri Di Malta            Overture            A. Nani
Overture No 1 in Bb          Overture            S. Galea
L' Alba Della Vittoria Marchia ...........Sinfonica.....................N. Montebello
The Student Prince.......................... Selection......................S. Romberg
20 th Anniversary to Anici Band.....Overture.............................J. Vella

It-Tieni parti

L' Italiana in Algerie............ Sinfonia............ G. Rossini
Rapsodia Napolitana .............. Rapsodia.......... R. Cristiano
(ikantaw it-Tenuri George Saliba, B. Cefai, u A. Sapiano)
Swing The Mood....................... Medley....... arr. M. Sween
(Jidderiegi Mro. Chev. Vince Bonnici u jiehdu sehem ukoll iz-zeffiena Yorin u Loraine Gauci)
Queen of Concert............ Medley............ Arr. R. Sciberras
Gorgi F'Qalbna............ Innu Marc............. R. Debono
Innu Hal-Qormi ............Innu ..............S. Camilleri
Innu Banda Anici ............Innu ......................F. Galea

Tajjeb insemmi li f'dan il-Kuncert gie mzanzan innu Marc gdid bl-isem ta' Gorgi f'Qalbna. Kompozizzjoni ta' Raymond Debono u versi tieghi Dr. Carmel Bianchi. Dan l-innu Marc gie kkummissjonat lill-banda mill-Kummissjoni Banda. Aktar tard dan l-Innu Marc proppju l-Erbgha 24 ta' Jannar 2008 gie rrekordjat fuq c.d mal-kumplament ta' Marci Godda li zzanznu fil-festa ta' San Gorg Martri ta' l-istess sena u ma' dan l-Innu Marc fuq din is-c.d. hemm il-Vucijiet tal-Kantanti Stabbiliti Aldo Busuttil u Claudia Faniello.

ZJARA FIL-KAZIN MILL-E.T. MONS PAUL CREMONA ARCISQOF TA' MALTA

Nhar il-Hamis 13 ta' Marzu 2008 l-E.T. Mons Paul Cremona gie mistieden mill-Ghaqda biex jinawgura l-Wirja tal-Passjoni 2008 fil-kazin stess fl-okkazzjoni tal-Gimgha Mqaddsa. L-Eccellenza wara li ffirma l-Ktieb tal-Vizitaturi irregala bhala tifkira lill-Ghaqda l-Karlotta tieghu u kellu kliem ta' tifhir u baqa' mpressjonat bl-avvanz kbir li sar fl-Ghaqda f'Ghoxrin sena biss. Minn naha ta' l-Ghaqda wkoll taghtu tifkira. Wara gie mdawwar mal-Kazin.

ARKIVJU MUZIKALI

Is-Sibt 14 ta' Gunju 2008 bhala tifkira tat-tieni Dicenju gie mzanzan Arkivju Muzikali mahdum fil-gewz fuq disinn ta' l-iskultur Salvu Bugeja. Il-persuni li hadmu f'dan l-arkivju kienu s-sinjuri Mario Grech, Paul Spiteri, John Suda, Joseph Mangion, Joe Galdes, Lino Vella, Charles Catania, u Float Glass. Inkarigat mill-gbir ghal dan l-arkivju kien id-Direttur Generali Chev. John M. Spiteri li kien ukoll inkarigat bhal arkivista mill-muzika li tpoggiet f'dan l-arkivju. Ic-celebrazzjoni bdiet fis-6:45p.m. b'marc mill-Banda Anici minn hdejn il-Knisja Arcipretali u Matrici ta San Gorg Martri li bil-marc taghha daret mat-toroq fid-direzzjoni sal-Kazin fejn fit-8:15p.m. Wara l-wasla tal-Onor. Segretarju Parlamentari Clyde Puli il-mistiedna telghu fis-sala San Gorg Martri sar id-diskors ta' l-okkazzjoni mill-President ta' l-Ghaqda Dr. Antoine Agius, inkixef l-Arkivju Muzikali, sar diskors mill- Onor. Segretarju Parlamentari Clyde Puli u wara gie mbierek mill-Arcipriet tal-Parrocca Kan. Anton Cassar. Wara din ic-cerimonja sar riciviment.

Fi tmiem din l-istorja tajjeb li nsemmi zewg fundaturi. Dawn huma l-President Dr Antoine Agius u d-Direttur Generali l-Kav. John Mary Spiteri li baqghu attivi sal-lum . Flimkien maghhom ma naqsitx il-hidma ta' s-Sur George Portelli l-kaxxier ta' l-Ghaqda li din is-sena ilkoll qeghdin jccelebraw l-ghoxrin anniversarju tal-karigi rispettivi taghhom 

            

<>