Permezz ta' diversi attivitajiet li torganizza tkun tista tiġbor fondi biex b'hekk jagħmlu tajjeb ghal ispejjes izda mhux hekk biss. Din is-sezzjoni minn dejjem ħasbet sa biex tnaqqax isimha f'diversi opri fil-kazin u b'hekk tkompli turi il-maturita' u serjeta' fit-tmexxija tagħha. Tajjeb li insemmu is-sehem f'dawn l-opri ewlenija kienet li ħarġet parti mill-ispejjes biex saret l-istatwa' ta' San Ġorġ Marti li saret fil-bitħa tal-każin insemmu wkoll il-bust ta' Carmelo Spiteri li kien wieħed mill-erba' fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel bandist ta' l-għaqda. Dan il-bust insibuħ fis-sala tal-kuncerti li hija imsemmija ghaliħ. F'din l-istess sala tpoggiet opra oħra li ingħatat mis-sezzjoni, liema opra kienet tikkonsisti f'arloġġ u mejda prezzjużi u żewġ kandilabri li jikkumplementaw ma' l-arloġġ.
Din is-sezzjoni kienet ukoll irregalat din il-website li qegħdin naraw illum. Kienet hi li ħarġet bl-idea u wara li l-amministrazzjoni tagħat l-għajnuna u l-approvazzjoni tagħha għadna ingawduha sal-lum. Din il-website illum taqa' taħt ir-responsabilta' tal-kumitat aministrattiv.
Imma jekk insemmu kollox u inħallu barra id-deversi sorpriżi li għamlet din is-sezzjoni waqt il-marċi brijjużi tal-Banda Aniċi inkunu ħallejna punt importanti ieħor f'din l-istorja ta' din is-sezzjoni. Minn barra li ta' kull sena tagħmel drapp ġdid ta' bnadar u bandalori li jinġarru waqt il-marċi għamlet ukoll diversi umbrellel li nbidlu u żdiedu matul is-snin. Insibu ukoll diversi pitturi fuq l-istess Armar u tant ħwejjeġ oħra, izda ħaġa li tispikka f'din is-sezzjoni hija l-organizzazjoni brijjijuza fil-marċ tal-Gimgħa, l-aħħar jum ta' tridu fil-festa titulari. Mhux darba jew tnejn tagħatna sorprizi f'dan il-marċ fost l-akbar u l-aktar li baqa' jisemmha hija ir-replika tal-faċċata tal-każin magħmula mill-ġeblow u l-injam.
Interessanti ukoll illi dak kollhu li ghamlet din is-sezzjoni għamluh il-membri tagħha, xiedha ta' dan hu li fis-sena 2005 kienet ukoll ġiet ikkumisjonata tagħmel armar ghal festa ta' Stella Maris f'tas-Sliema. Dak kollhu juri il-ħeġġa u il-kapaċita ta' żagħażgħ Stillieri li tant għandhom ghal qalbhom il-Banda u l-Festa ta' San Ġorg Martri li hu wkoll il-patrun ta' l-Għaqda Muzikali Aniċi u tal-Belt Pinto.
Email tas-sezzjoni zghazagh: info@anicibandclub.org