





Il-Kumitat Amministrattiv jinħatar kull sentejn permezz ta` Aplikazzjonijiet li jinġabru apposta kif stipulat fl-istatut tal-għaqda u eleġibbli li japplikaw u jivvutaw dawk li huma imsieħba fl-għaqda u l-bandisti Lokali. L-istess Kumitat iżomm laqgħat regolari sabiex tmexxi l-għaqda u l-premises bl-aktar mod trasparenti u fl-aħjar interess ta' l-istess għaqda.

Il-bandiera uffiċjali ta' l-għaqda hija ħamra bis-skudett fin-nofs li fiħ hemm l-arma magħmula minn tmien strixxi orizzontali, erba bojod u erba suwed, f'sekwenza alternata. Fin-nofs ta' l-arma bejn it-tielet strixxa minn fuq u nofs it-tielet strixxa minn isfel, ikun hemm salib kulur id-deheb li girlanda rampikanti mieghu, fil-kantuniera ta' fuq ikun hemm stilla b'sitt ponot, kull ponta magħmula minn żewġ trijangli wieħed abjad u l-ieħor blu, f'sekwenza alternata. F'kull kantuniera tal-bandiera hemm arma li tipreżenta lill-Malta, lill-San Ġorġ Martri, lill-Gran Mastru Pinto u lill-parroċċa. L-innu uffiċjali ta' l-għaqda hu l-innu tal-banda, versi tal- Kav.Carmelo Bianchi u muż ika minn Mro.Frank Galea. Il-kantata bl-isem ta' l-'Apoteosi ta' San Ġorġ Martri', mużika ta' Mro.Frank Galea, versi ta' Karmenu Mallia tista tindaqq mill-banda ta' l-għaqda bħala innu tagħha. Il-marc Demm Ġorġjan jew kif inhu magħruf bħala Letter A huwa mużika ta' Mro.Sunny Galea versi tal-Kav.Carmelo Bianchi, għandu jidhol f'kull librett ta' Marci brijużi ta' din l-għaqda. L-isem tal-banda "Aniċi" hu il-kunjom tal-familja nobbli ta' San Ġorġ Martri u għalekk wiehed jista' jinduna ir-rabta li hemm bejn l-għaqda u l-Patrun tagħha u tal-belt Pinto, San Ġorġ Martri. Għalekk il-banda tissejjaħ il-banda tal-Patrun. Il-banda ukoll hija magħrufa tal-"Istilla" għaliex propju bħal ma diġa qrajtu fl'arma hemm l-istilla.
Logo Ufficcjali ta' l-Anniversarju.



